Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 114: It-Tmiem tal-Ħażen Kollu

Storja 114: It-Tmiem tal-Ħażen Kollu

X’QED tara hawn? Iva, armata fuq żwiemel bojod. Imma ara minn fejn ġejjin. Iż-żwiemel neżlin bil-ħeffa mis-sema fuq is-sħab! Veru hemm żwiemel fis-sema?

Ġesù bħala Sultan fis-sema

Le, dawn mhumiex żwiemel ta’ veru. Aħna nafu dan għax iż-żwiemel ma jistgħux jiġru fuq is-sħab, hux? Imma l-Bibbja veru titkellem dwar iż-żwiemel fis-sema. Taf għala?

Għax xi darba ż-żwiemel tgħidx kemm kienu jintużaw biex jiġġieldu fil-gwerer. Allura l-Bibbja titkellem dwar nies rekbin iż-żwiemel fis-sema biex turi li Alla għandu gwerra x’jiġġieled kontra n-nies fuq l-art. Taf x’tissejjaħ din il-gwerra? Armageddon. Din il-gwerra se ssir biex tneħħi l-ħażen kollu minn fuq l-art.

Ġesù hu Dak li se jieħu t-tmexxija f’li jiġġieled fil-gwerra t’Armageddon. Tinsiex, Ġesù hu dak li Ġeħova għażel biex ikun is-Sultan tal-gvern Tiegħu. Hu għalhekk li Ġesù liebes kuruna ta’ sultan. U s-sejf juri li se joqtol lill-għedewwa t’Alla kollha. Għandna niskantaw li Alla se jeqred lin-nies ħżiena kollha?

Erġa’ ħares lejn Storja 10. X’qed tara hemmhekk? Iva, id-Dilluvju kbir li qered lin-nies ħżiena. Min ġiegħel li jkun hemm id-Dilluvju? Alla Ġeħova. Issa ħares lejn Storja 15. X’qed jiġri hemm? Sodoma u Gomorra qed jinqerdu bin-nar li bagħat Ġeħova.

Dur lura lejn Storja 33. Ara x’qed jiġri miż-żwiemel u mill-karrijiet tal-gwerra tal-Eġizzjani. Min ġiegħel li l-ilma jinżel f’daqqa fuqhom? Ġeħova. Għamel dan biex jipproteġi lill-poplu tiegħu. Ħares lejn Storja 76. Hemmhekk se tara li Ġeħova saħansitra ħalla n-nies tiegħu, l-Iżraelin, jinqerdu minħabba l-ħażen tagħhom.

Għalhekk, m’għandniex niskantaw li Ġeħova se jibgħat lill-armata tas-sema tiegħu biex iġib fi tmiem il-ħażen kollu fuq l-art. Aħseb ftit x’se jfisser dan! Dawwar il-paġna ħa naraw!

Rivelazzjoni 16:16; 19:11-16.



Mistoqsijiet

  • Il-Bibbja għala titkellem dwar żwiemel fis-sema?
  • X’tissejjaħ il-gwerra li Alla se jkollu man-nies ħżiena fuq l-art, u għala se ssir din il-gwerra?
  • Mill-istampa, min hu Dak li se jieħu t-tmexxija f’li jiġġieled, għala jilbes kuruna, u s-sejf tiegħu xi jfisser?
  • Meta nqisu Stejjer 10, 15, u 33, għala m’għandniex niskantaw li Alla se jeqred lin-nies ħżiena?
  • Stejjer 36 u 76 kif juruna li Alla se jeqred lill-ħżiena anki jekk jgħidu li jqimuh?

Iktar mistoqsijiet