Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

It-Tmien Parti: Dak li l-Bibbja Tbassar Iseħħ

It-Tmien Parti: Dak li l-Bibbja Tbassar Iseħħ

Il-Bibbja mhux biss tgħid l-istorja vera ta’ x’ġara fil-passat imma wkoll tgħid x’se jiġri fil-futur. Il-bnedmin ma jistgħux jgħidu x’se jiġri fil-futur. Għalhekk nafu li l-Bibbja ġejja mingħand Alla. Il-Bibbja x’tgħid dwar il-futur?

Tgħidilna dwar gwerra kbira t’Alla. F’din il-gwerra, Alla se jnaddaf l-art mill-ħażen u n-nies ħżiena kollha, imma se jipproteġi lil dawk li jaqduh. Is-Sultan t’Alla, Ġesù Kristu, se jagħmel ċert li l-qaddejja t’Alla jgawdu l-paċi u l-ferħ, u li qatt ma jerġgħu jimirdu jew imutu.

Kemm aħna ferħanin li Alla se jagħmel ġenna ġdida fuq l-art, hux veru? Imma rridu nagħmlu xi ħaġa jekk irridu ngħixu f’din il-ġenna tal-art. Fl-aħħar storja tal-ktieb nitgħallmu xi rridu nagħmlu biex ingawdu l-affarijiet meraviljużi li Alla għandu lest għal dawk li jaqduh. Allura aqra T-TMIEN Parti, u sir af xi tbassar il-Bibbja dwar il-futur.

Xena tal-ġenna tal-art