Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 11: L-Ewwel Qawsalla

Storja 11: L-Ewwel Qawsalla

TAF x’kienet l-ewwel ħaġa li għamel Noè malli hu u l-familja tiegħu ħarġu mill-arka? Għamel offerta, jew rigal, lil Alla. Tista’ tarah jagħmel dan fl-istampa t’hawn taħt. Noè offra dan ir-rigal t’annimali biex jgħid grazzi lil Alla talli salva lill-familja tiegħu mid-dilluvju l-kbir.

L-arka u qawsalla

Taħseb li Ġeħova ħa pjaċir bir-rigal? Iva. U għalhekk, għamel wegħda ma’ Noè li qatt mhu se jerġa’ jeqred id-dinja permezz ta’ dilluvju.

Ma damitx ma nixfet l-art, u Noè u l-familja tiegħu bdew ħajja ġdida barra l-arka. Alla berikhom u qal: ‘Irid ikollkom ħafna tfal. Tridu tiżdiedu sakemm in-nies jgħixu fuq l-art kollha.’

Imma maż-żmien, meta n-nies kienu se jisimgħu fuq id-dilluvju l-kbir forsi kienu se jibżgħu li jerġa’ jiġri dilluvju bħal dan. Allura Alla ta xi ħaġa li kienet se tfakkar lin-nies fil-wegħda tiegħu li mhux se jerġa’ jgħarraq lid-dinja kollha. Taf x’tahom biex ifakkarhom? Tahom qawsalla.

Noè u l-familja tiegħu

Spiss, qawsalla tidher fis-sema meta x-xemx tiddi wara ħalba xita. Il-qawsalla jkollha ħafna kuluri sbieħ. Ġieli rajt waħda? Tista’ tara l-qawsalla fl-istampa?

Alla qal: ‘Jien inwiegħed li qatt iktar ma se jinqerdu n-nies u l-annimali kollha permezz ta’ dilluvju. Jien se npoġġi l-qawsalla tiegħi fis-sħab. U meta tidher il-qawsalla, jien naraha u niftakar f’dil-wegħda li għamilt.’

Allura, meta tara qawsalla, fiex għandha tfakkrek? Iva, fil-wegħda t’Alla li qatt mhu se jerġa’ jeqred id-dinja permezz ta’ dilluvju kbir.

Ġenesi 8:18-22; 9:9-17.



Mistoqsijiet

  • Bħalma jidher fl-istampa, x’għamel Noè malli ħareġ mill-arka?
  • Alla liema kmand ta lil Noè u l-familja tiegħu wara d-Dilluvju?
  • Alla x’wegħda għamel?
  • Fiex għandna niftakru meta naraw qawsalla?

Iktar mistoqsijiet