Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 20: Dina Tidħol fl-Inkwiet

Storja 20: Dina Tidħol fl-Inkwiet

QED tara lil min sejra tara Dina? Sejra tara lil xi tfajliet li jgħixu fl-art ta’ Kangħan. Taħseb li missierha, Ġakobb, se jieħu gost b’dan? Biex inwieġbu din il-mistoqsija, ipprova ftakar kif ħassewhom Abraham u Iżakk dwar in-nisa ta’ Kangħan.

Dina qed iżżur lit-tfajliet Kangħanin

Ried Abraham li ibnu Iżakk jiżżewweġ tfajla minn Kangħan? Le, ma riedx. Riedu Iżakk u Rebekka li t-tifel tagħhom, Ġakobb, jiżżewweġ tfajla Kangħanija? Le, ma ridux. Taf għala?

Kien għax dawn in-nies ta’ Kangħan kienu jqimu allat foloz. Ma kinux nies tajbin biex tiżżewwiġhom, u ma kinux nies tajbin biex ikunu ħbieb tal-qalb. Allura nistgħu nkunu ċerti li Ġakobb ma kienx se jkun ferħan li bintu kienet qed tagħmel ħbieb ma’ dawn it-tfajliet Kangħanin.

M’għandniex xi ngħidu, Dina daħlet fl-inkwiet. Qed tara lil dak ir-raġel Kangħani fl-istampa, li qed iħares lejn Dina? Jismu Sikem. Darba waħda, meta Dina marret iżżurhom, Sikem ħa lil Dina u ġegħelha timtedd miegħu. Dan kien ħażin, għax il-miżżewġin biss għandhom jimteddu flimkien. Din il-ħaġa ħażina li għamel Sikem lil Dina wasslet għal ħafna iktar inkwiet.

Meta ħut Dina saru jafu b’dak li kien ġara, huma rrabjaw ħafna. Tnejn minnhom, Simegħon u Levi, tant irrabjaw li ħadu s-sejf tagħhom u marru fil-belt u qabdu l-irġiel għal għarrieda. Flimkien ma’ ħuthom qatlu lil Sikem u l-irġiel l-oħrajn kollha. Ġakobb irrabja għax uliedu għamlu din il-ħaġa ħażina.

Dan l-inkwiet kollu kif beda? Beda għax Dina għamlet ħbieb ma’ wħud li ma jobdux il-liġijiet t’Alla. Aħna ma rridux nibdew ħbiberiji ma’ wħud bħal dawn, hux hekk?

Ġenesi 34:1-31.



Mistoqsijiet

  • Abraham u Iżakk għala ma ridux li wliedhom jiżżewġu nisa mill-art ta’ Kangħan?
  • Ħa gost Ġakobb li bintu kienet qed tagħmel ħbieb ma’ tfajliet Kangħanin?
  • Min hu r-raġel li qed iħares lejn Dina fl-istampa, u liema ħaġa ħażina għamel?
  • Ħut Dina, Simegħon u Levi, x’għamlu meta semgħu b’dak li kien ġara?
  • Ħaseb Ġakobb li għamlu sew Simegħon u Levi?
  • Dan l-inkwiet kollu fil-familja kif beda?

Iktar mistoqsijiet

  • Aqra Ġenesi 34:1-31.

    Kienet l-assoċjazzjoni li kellha Dina mat-tfajliet tal-art ta’ Kangħan xi ħaġa ta’ darba biss? Spjega. (Ġen. 34:1)

    Dina għala kellha xi ftit tort talli tilfet il-verġinità tagħha? (Gal. 6:7)

    Iż-żgħażagħ illum kif jistgħu juru li ħadu bis-serjetà l-eżempju ta’ twissija fil-każ ta’ Dina? (Prov. 13:20; 1 Kor. 15:33; 1 Ġw. 5:19)