TAF min huma dawn l-irġiel li qed ikellem Ġakobb? Wara li vvjaġġa għal ħafna ġranet, Ġakobb iltaqa’ magħhom ħdejn bir. Kienu qed jieħdu ħsieb in-nagħaġ tagħhom. Ġakobb staqsa: ‘Minn fejn intom?’

Huma qalu: ‘Minn Ħaran.’

Ġakobb staqsiehom: ‘Tafuh lil Laban?’

‘Iva,’ wiġbuh. ‘Ara, ġejja bintu, Rakele, mal-merħla nagħaġ tiegħu.’ Qed taraha lil Rakele ġejja?

Ġakobb jiltaqa’ ma’ Rakele

Meta Ġakobb ra lil Rakele bin-nagħaġ ta’ zijuh Laban, hu mar u gerbeb il-ġebla minn fuq il-bir ħalli n-nagħaġ ikunu jistgħu jixorbu. Imbagħad Ġakobb ta bewsa lil Rakele u qalilha min kien. Kienet eċċitata ħafna, u marret id-dar u qalet lil missierha Laban.

Laban kien ferħan ħafna li Ġakobb kien se joqgħod għandu. U meta Ġakobb staqsa biex jiżżewweġ lil Rakele, Laban ħa gost. Iżda, hu staqsa lil Ġakobb biex jaħdem fl-għelieqi tiegħu għal seba’ snin biex jieħu lil Rakele. Ġakobb għamel dan għax kien iħobbha ħafna. Imma meta wasal iż-żmien għaż-żwieġ, taf x’ġara?

Laban ta lil Ġakobb lil bintu l-kbira Lea minflok ma tah lil Rakele. Meta Ġakobb aċċetta li jaħdem għal Laban seba’ snin oħra, Laban tah ukoll lil Rakele bħala martu. F’dak iż-żmien, Alla ħalla li raġel ikollu iktar minn mara waħda. Imma issa, bħalma turi l-Bibbja, raġel għandu jkollu mara waħda biss.

Ġenesi 29:1-30.



Mistoqsijiet

  • Min hi l-mara żagħżugħa fl-istampa, u Ġakobb x’għamel għaliha?
  • X’kien lest li jagħmel Ġakobb biex jiżżewweġ lil Rakele?
  • Laban x’għamel meta wasal iż-żmien biex Ġakobb u Rakele jiżżewġu?
  • Ġakobb x’aċċetta li jagħmel biex jieħu lil Rakele bħala martu?

Iktar mistoqsijiet