Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 16: Mara Tajba Għal Iżakk

Storja 16: Mara Tajba Għal Iżakk

TAF min hi l-mara fl-istampa? Jisimha Rebekka. U r-raġel li ġejja tiltaqa’ miegħu hu Iżakk. Se ssir il-mara tiegħu. Dan kif ġara?

Mela, Abraham, missier Iżakk, ried isib mara tajba għal ibnu. Ma riedx li Iżakk jiżżewweġ waħda min-nisa ta’ Kangħan, għax dawn in-nies kienu jqimu allat foloz. Għalhekk, Abraham sejjaħ lill-qaddej tiegħu u qallu: ‘Irridek tmur lura Ħaran, fejn jgħixu qrabati u ssib mara għal ibni Iżakk.’

Mela, missier Iżakk, Abraham, ried isib mara tajba għal ibnu. Ma riedx li Iżakk jiżżewweġ waħda min-nisa ta’ Kangħan, għax dawn in-nies kienu jqimu allat foloz. Għalhekk, Abraham sejjaħ lill-qaddej tiegħu u qallu: ‘Irridek tmur lura Ħaran, fejn jgħixu qrabati u ssib mara għal ibni Iżakk.’

Rebekka tiltaqa’ ma’ Iżakk

Ftit wara, ġiet Rebekka biex iġġib l-ilma. Meta l-qaddej talabha tagħtih x’jixrob, hi hekk għamlet. Imbagħad, marret u ġabet biżżejjed ilma biex jixorbu l-iġmla kollha, li kienu bil-għatx. Din kienet biċċa xogħol iebsa għax l-iġmla jixorbu ħafna u ħafna ilma.

Meta Rebekka lestiet milli tagħtihom l-ilma, il-qaddej t’Abraham staqsieha x’kien jismu missierha. Staqsa wkoll jekk setax iqatta’ l-lejl għandhom. Hi qaltlu: ‘Missieri jismu Betwel, u hemm wisa’ biex toqgħod magħna.’ Il-qaddej t’Abraham kien jaf li Betwel kien it-tifel ta’ ħu Abraham, Naħor. Għalhekk, niżel għarkopptejh u rringrazzja lil Ġeħova talli wasslu ħdejn il-qraba t’Abraham.

Dak il-lejl, il-qaddej t’Abraham qal lil Betwel u lil ħu Rebekka, Laban, għala kien ġie. It-tnejn li huma qablu li Rebekka setgħet tmur lura miegħu u tiżżewweġ lil Iżakk. Rebekka x’qalet meta staqsewha? Qalet, ‘Iva.’ Hi riedet tmur. Allura, l-għada stess rikbu l-iġmla u bdew il-vjaġġ twil lura lejn Kangħan.

Meta waslu kien filgħaxija. Rebekka rat raġel miexi fl-għalqa. Kien Iżakk. Hu feraħ meta ra lil Rebekka. Ommu, Sara, kienet mietet tliet snin qabel biss, u kien għadu mnikket minħabba dan. Imma issa, Iżakk sar iħobb lil Rebekka ħafna, u reġa’ sar ferħan.

Ġenesi 24:1-67.



Mistoqsijiet

  • Min huma r-raġel u l-mara fl-istampa?
  • Abraham x’għamel biex isib mara għal ibnu, u għala?
  • Kif twieġbet it-talba tal-qaddej t’Abraham?
  • Kif wieġbet Rebekka meta staqsewha jekk riditx tiżżewweġ lil Iżakk?
  • X’reġa’ ferraħ lil Iżakk?

Iktar mistoqsijiet