Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 37: Tinda għall-Qima

Storja 37: Tinda għall-Qima

TAF x’inhu dan il-bini? Hu tinda speċjali għall-qima ta’ Ġeħova. Jissejjaħ ukoll it-tabernaklu. In-nies lestew dan il-bini sena wara li ħarġu mill-Eġittu. Taf min ried lin-nies jibnu t-tabernaklu?

It-tabernaklu

Ġeħova ried li jagħmlu dan. Meta Mosè kien fuq il-Muntanja Sinaj, Ġeħova qallu kif jibnih. Hu qallu jagħmlu b’tali mod li jkun jista’ jiżżarma malajr. B’hekk, il-partijiet setgħu jinġarru lejn postijiet oħrajn, u mbagħad jerġgħu jiġu armati. Allura meta l-Iżraelin kienu jmorru minn post għall-ieħor fid-deżert, huma kienu jġorru t-tinda magħhom.

Jekk tħares fil-kamra ż-żgħira ġewwanett fit-tinda, tista’ tara kaxxa. Din tissejjaħ l-arka tal-patt. Kellha żewġ anġli jew kerubini magħmulin mid-deheb, wieħed fuq kull naħa. Alla kiteb l-Għaxar Kmandamenti għal darba oħra fuq żewġ ġebliet ċatti għaliex Mosè kisser l-ewwel tnejn. U dan il-ġebel kien jinżamm fl-arka tal-patt. Ukoll, fiha kienet tinżamm ġarra bil-manna. Tiftakar x’inhi l-manna?

Ħu Mosè, Aron, hu l-wieħed magħżul minn Ġeħova biex ikun il-qassis il-kbir. Hu jmexxi lin-nies fil-qima ta’ Ġeħova. U wliedu wkoll huma qassisin.

Issa ħares lejn il-kamra akbar tat-tinda. Hi darbtejn akbar miż-żgħira. Qed taraha l-kaxxa bi ftit duħħan ħiereġ minnha? Dan hu l-artal fejn il-qassisin jaħarqu xi ħaġa li għandha riħa ħelwa u li tissejjaħ inċens. Imbagħad hemm il-gandlier li fih seba’ lampi. U t-tielet ħaġa li hemm fil-kamra hi mejda. Fuqha jinżammu 12-il ħobża.

Fil-bitħa tat-tabernaklu hemm vaska kbira mimlija ilma. Il-qassisin kienu jaħslu jdejhom u saqajhom fiha. Hemm ukoll l-artal il-kbir. Hemmhekk l-annimali mejtin jiġu maħruqin bħala offerta lil Ġeħova. It-tinda tinsab eżatt f’nofs il-kamp, u l-Iżraelin jgħixu madwarha fit-tined tagħhom.

Eżodu 25:8-40; 26:1-37; 27:1-8; 28:1; 30:1-10, 17-21; 34:1, 2; Ebrej 9:1-5.



Mistoqsijiet

  • X’jissejjaħ il-bini fl-istampa, u għal xiex jintuża?
  • Ġeħova għala qal lil Mosè biex jagħmel it-tinda b’mod li tkun tista’ tiġi żarmata faċilment?
  • X’inhi l-kaxxa fil-kamra ż-żgħira fuq ġewwanett fit-tinda, u x’fiha l-kaxxa?
  • Ġeħova lil min jagħżel biex ikun qassis il-kbir, u l-qassis il-kbir x’jagħmel?
  • Semmi t-tliet affarijiet li hemm fil-kamra akbar tat-tinda.
  • X’inhuma ż-żewġ affarijiet li hemm fil-bitħa tat-tempju, u għal xiex jintużaw?

Iktar mistoqsijiet