Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 36: L-Għoġol tad-Deheb

Storja 36: L-Għoġol tad-Deheb

X’WAĦDA din! X’qed jagħmlu issa n-nies? Qed jitolbu lill-għoġol! Għala qed jagħmlu hekk?

Meta Mosè jdum żmien twil fuq il-muntanja, in-nies jgħidu: ‘Ma nafux xi ġralu Mosè. Mela ejja nagħmlu alla ħalli jmexxina ’l barra minn din l-art.’

Mosè qed jixħet fl-art iż-żewġ ġebliet

Ħu Mosè, Aron, jgħidilhom: ‘Kollox sew. Neħħu l-imsielet tad-deheb tagħkom, u ġibuhomli.’ Meta n-nies jagħmlu dan, Aron idewweb kollox u jagħmel għoġol tad-deheb. U n-nies jgħidu: ‘Dan hu Alla tagħna li ħariġna mill-Eġittu!’ Imbagħad l-Iżraelin jagħmlu festa kbira, u jqimu l-għoġol tad-deheb.

Meta Ġeħova jara dan, hu jirrabja ħafna. Allura jgħid lil Mosè: ‘Ħaffef u inżel malajr. In-nies qed jaġixxu ħażin ħafna. Insew il-liġijiet tiegħi u qed imilu quddiem għoġol tad-deheb.’

Nies qed iqimu għoġol tad-deheb

Mosè jinżel jiġri minn fuq il-muntanja. U meta jasal viċin tagħhom, dan hu dak li jara. In-nies qed ikantaw u jiżfnu madwar l-għoġol tad-deheb! Mosè tant jirrabja li jixħet fl-art iż-żewġ ġebliet ċatti li kellhom il-liġijiet miktubin fuqhom, u dawn jinkisru f’ħafna u ħafna biċċiet. Imbagħad jieħu l-għoġol tad-deheb u jdewbu. Imbagħad jitħnu fi trab.

In-nies għamlu xi ħaġa ħażina ħafna. Allura, Mosè jgħid lil xi rġiel biex jaqbdu s-sjuf tagħhom. Mosè jgħidilhom: ‘Tridu toqtlu lin-nies ħżiena li qiemu l-għoġol tad-deheb.’ U għalhekk, l-irġiel qatlu 3,000 ruħ! Ma juriniex dan li għandna noqogħdu attenti li nqimu biss lil Ġeħova, u mhux lil xi allat foloz?

Eżodu 32:1-35.



Mistoqsijiet

  • Fl-istampa, x’inhuma jagħmlu n-nies, u għala?
  • Ġeħova għala jirrabja, u Mosè x’jagħmel meta jara dak li qed jagħmlu n-nies?
  • Mosè x’jgħidilhom jagħmlu lil xi rġiel?
  • Liema lezzjoni għandha tgħallimna din l-istorja?

Iktar mistoqsijiet