Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 34: Tip t’Ikel Ġdid

Storja 34: Tip t’Ikel Ġdid

QED tara x’inhuma jiġbru n-nies mill-art? Huwa tip t’ikel. Huwa abjad ħafna u jitfarrak malajr.

L-Iżraelin jiġbru l-manna

Għadda madwar xahar biss minn meta l-Iżraelin ħarġu mill-Eġittu. Huma jinsabu fid-deżert. Hawnhekk ma tantx jikber ikel, u għalhekk in-nies jibdew igergru, u jgħidu: ‘Aħjar kieku Ġeħova qatilna fl-Eġittu. Għall-inqas hemm kellna l-ikel kollu li ridna.’

Għalhekk Ġeħova jgħidilhom: ‘Se nġiegħel l-ikel jinżel bħax-xita mis-sema.’ U Ġeħova hekk jagħmel. L-għada filgħodu meta l-Iżraelin jaraw dan l-ikel abjad li niżel mis-sema, huma jistaqsu lil xulxin: ‘Dan x’inhu?’

Mosè jgħidilhom: ‘Dan hu l-ikel li Ġeħova takom biex tieklu.’ In-nies isejħulu MANNA. Din għandha t-togħma ta’ kejkijiet irqaq magħmulin bl-għasel.

‘Tridu tiġbru biżżejjed kemm tiekol kull persuna,’ jgħid Mosè lill-poplu. Għalhekk, dan hu dak li jagħmlu kull filgħodu. Imbagħad, meta x-xemx tibda tisreġ, il-manna li jkun għad baqa’ fl-art tinħall.

Mosè jgħidilhom ukoll: ‘Ħadd m’għandu jerfa’ xi manna għall-għada.’ Imma xi wħud min-nies ma jisimgħux minnu. Taf x’jiġri? L-għada filgħodu, il-manna li jkunu refgħu timtela bid-dud, u tibda tinten!

Però, hemm jum wieħed fil-ġimgħa li Ġeħova jgħid lin-nies biex fih jiġbru d-doppju manna. Dan hu s-sitt jum. U Ġeħova jgħidilhom jerfgħu ftit minnha għall-għada, għax fis-seba’ jum mhux se jġiegħel li tinżel il-manna. Meta jerfgħu l-manna għas-seba’ jum, din ma timteliex bid-dud u ma tintinx! Dan hu miraklu ieħor!

Fis-snin kollha li l-Iżraelin iqattgħu fid-deżert, Ġeħova jitmagħhom permezz tal-manna.

Eżodu 16:1-36; Numri 11:7-9; Ġożwè 5:10-12.



Mistoqsijiet

  • Fl-istampa, in-nies x’qed jiġbru mill-art, u x’tissejjaħ?
  • Mosè x’jgħidilhom jagħmlu lin-nies dwar il-ġbir tal-manna?
  • Ġeħova x’jgħidilhom jagħmlu lin-nies fis-sitt jum, u għala?
  • Liema miraklu jagħmel Ġeħova meta l-manna tinżamm għas-seba’ jum?
  • Ġeħova kemm idum jitma’ l-manna lill-poplu?

Iktar mistoqsijiet