Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 99: F’Kamra ta’ Fuq

Storja 99: F’Kamra ta’ Fuq

HUWA l-Ħamis filgħaxija issa, jumejn wara. Ġesù u t-12-il appostlu tiegħu jiġu f’din il-kamra ta’ fuq kbira biex jieklu l-ikla tal-Qbiż. Ir-raġel li qed tara ħiereġ hu Ġuda l-Iskarjota. Sejjer jgħid lill-qassisin kif jistgħu jaqbdu lil Ġesù.

L-ikla ta’ filgħaxija tal-Mulej

Il-ġurnata ta’ qabel stess, Ġuda mar fuqhom u staqsa: ‘X’se tagħtuni jekk ngħinkom taqbdu lil Ġesù?’ Huma qalu: ‘30 biċċa tal-fidda.’ Allura, Ġuda issa sejjer jiltaqa’ ma’ dawk l-irġiel biex ikun jista’ jiħodhom ħdejn Ġesù. Ma taqbilx li din hija xi ħaġa terribbli?

L-ikla tal-Qbiż spiċċat. Imma Ġesù issa jibda ikla speċjali oħra. Hu jagħti lill-appostli ħobża, u jgħid: ‘Kuluha għax din tfisser ġismi li se jingħata għalikom.’ Imbagħad, jagħtihom tazza nbid, u jgħid: ‘Ixorbuh, għax dan ifisser id-demm tiegħi li se jiġi mxerred għalikom.’ Il-Bibbja ssejjaħ dan li għamlu ‘l-Ikla ta’ Filgħaxija tal-Mulej.’

L-Iżraelin kienu jieklu l-ikla tal-Qbiż biex jiftakru dwar meta l-anġlu t’Alla ‘qabeż’ lil darhom fl-Eġittu, imma lill-ewwel imwieled fid-djar tal-Eġizzjani. Imma issa Ġesù jrid li s-segwaċi tiegħu jiftakru lilu u kif ta ħajtu għalihom. U din hi r-raġuni għala jgħidilhom biex jiċċelebraw din l-ikla speċjali kull sena.

Wara li jieklu l-Ikla ta’ Filgħaxija tal-Mulej, Ġesù jgħid lill-appostli tiegħu biex ikunu kuraġġużi u b’saħħithom fil-fidi. Fl-aħħar, huma jkantaw għanjiet lil Alla u mbagħad jitilqu. Il-lejl daħal sew issa, x’aktarx qabeż nofsillejl. Ejja naraw fejn imorru.

Mattew 26:14-30; Luqa 22:1-39; Ġwanni kapitli 13 sa 17; 1 Korintin 11:20.



Mistoqsijiet

  • Bħalma jidher fl-istampa, Ġesù u t-12-il appostlu tiegħu għala qegħdin f’kamra ta’ fuq kbira?
  • Min hu r-raġel li ħiereġ, u x’sejjer jagħmel?
  • Liema ikla speċjali jibda Ġesù wara li tispiċċa l-ikla tal-Qbiż?
  • Il-Qbiż dwar liema ġrajja kien ifakkar lill-Iżraelin, u din l-ikla speċjali dwar xiex tfakkar lis-segwaċi ta’ Ġesù?
  • Wara l-Ikla ta’ Filgħaxija tal-Mulej, Ġesù x’jgħid lis-segwaċi tiegħu, u x’jagħmlu?

Iktar mistoqsijiet