Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Is-Sitt Parti: Mit-Twelid sal-Mewt ta’ Ġesù

Is-Sitt Parti: Mit-Twelid sal-Mewt ta’ Ġesù

L-anġlu Gabrijel intbagħat għand mara żagħżugħa mill-aħjar li jisimha Marija. Hu qalilha li kien se jkollha iben li kellu jaħkem bħala sultan għal dejjem. L-iben, Ġesù, twieled fi stalla, fejn żaruh xi rgħajja. Iktar tard, kewkba ggwidat lil xi rġiel mil-Lvant għal għand it-tifel ċkejken. Se nitgħallmu min ġegħelhom jaraw din il-kewkba, u kif Ġesù ġie meħlus mill-isforzi li saru biex jinqatel.

Imbagħad insibu lil Ġesù, meta kellu 12-il sena, jitkellem mal-għalliema fit-tempju. Tmintax-il sena wara, Ġesù tgħammed, u mbagħad beda l-ippritkar tas-Saltna u x-xogħol tat-tagħlim li Alla bagħtu jagħmel fuq l-art. Biex jgħinuh f’dan ix-xogħol, Ġesù għażel 12-il raġel u għamilhom l-appostli tiegħu.

Ġesù għamel ukoll ħafna mirakli. Hu tema’ eluf ta’ nies bi ftit ħut żgħir u ftit ħobżiet biss. Hu fejjaq il-morda u anki qajjem il-mejtin. Fl-aħħar nitgħallmu dwar il-ħafna affarijiet li ġraw lil Ġesù matul l-aħħar jum ta’ ħajtu u dwar kif ġie maqtul. Ġesù pprietka għal xi tliet snin u nofs, allura S-SITT Parti tkopri perijodu ta’ ftit iktar minn 34 sena.

Ġesù qed jgħallem