Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 104: Ġesù Jmur Lura s-Sema

Storja 104: Ġesù Jmur Lura s-Sema

HEKK kif jgħaddu l-jiem, Ġesù jidher lis-segwaċi tiegħu bosta drabi. Darba minnhom madwar 500 mid-dixxipli jarawh. Meta jidhrilhom, taf dwar xiex ikellimhom Ġesù? Dwar is-Saltna t’Alla. Ġeħova bagħat lil Ġesù fuq l-art biex jgħallem dwar is-Saltna. U jibqa’ jagħmel dan anki wara li jiġi mqajjem mill-imwiet.

Ġesù sejjer lura fis-sema

Tiftakar x’inhi s-Saltna t’Alla? Iva, is-Saltna hija gvern reali t’Alla fis-sema, u Ġesù hu Dak li Alla għażel biex ikun sultan. Bħalma tgħallimna, Ġesù wera kemm se jkun sultan meraviljuż billi tema’ lil dawk bil-ġuħ, fejjaq lill-morda, u saħansitra qajjem lill-mejtin għall-ħajja!

Allura meta Ġesù jaħkem bħala Sultan fis-sema għal elf sena, kif se jkunu l-affarijiet fuq l-art? Iva, l-art kollha se ssir ġenna tal-art mill-isbaħ. Mhux se jkun hemm iktar gwerer, jew kriminalità, jew mard, jew saħansitra mewt. Nafu li dan hu veru għax Alla ħalaq l-art biex tkun ġenna li jistgħu jgawdu n-nies. Din hi r-raġuni għala għamel il-ġnien tal-Għeden fil-bidu. U Ġesù se jieħu ħsieb biex dak li Alla jrid li jsir sa fl-aħħar jitwettaq.

Issa jasal il-waqt biex Ġesù jmur lura fis-sema. Għal 40 jum Ġesù kien qed juri lilu nnifsu lid-dixxipli tiegħu. Għalhekk huma ċerti li hu jerġa’ jinsab ħaj. Imma qabel ma jitlaq lid-dixxipli tiegħu jgħidilhom: ‘Ibqgħu f’Ġerusalemm sakemm tirċievu l-ispirtu qaddis.’ L-ispirtu qaddis hu l-forza attiva t’Alla, bħal riħ jonfoħ, li se jgħin lis-segwaċi tiegħu jagħmlu r-rieda t’Alla. Fl-aħħar, Ġesù jgħid: ‘Għandkom tippritkaw dwari sal-iktar parti mbiegħda tal-art.’

Wara li Ġesù jgħid dan, isseħħ xi ħaġa tal-għaġeb. Hu jibda tiela’ lejn is-sema, bħalma tista’ tara f’din l-istampa. Imbagħad sħaba tgħattih u d-dixxipli ma jerġgħux jaraw lil Ġesù. Ġesù jmur is-sema u jibda jaħkem fuq is-segwaċi tiegħu fuq l-art minn hemmhekk.

Id-dixxipli qed iħarsu lejn is-sema

1 Korintin 15:3-8; Rivelazzjoni 21:3, 4; Atti 1:1-11.



Mistoqsijiet

  • Kemm-il dixxiplu jara lil Ġesù darba minnhom, u dwar xiex ikellimhom?
  • X’inhi s-Saltna t’Alla, u l-ħajja fuq l-art kif se tkun meta Ġesù jaħkem bħala Sultan għal elf sena?
  • Ġesù kemm ilu jidher lid-dixxipli tiegħu, imma issa x’għandu jagħmel?
  • Eżatt qabel ma jitlaq lid-dixxipli tiegħu, Ġesù x’jgħidilhom biex jagħmlu?
  • X’qed jiġri fl-istampa, u x’jgħattih lil Ġesù?

Iktar mistoqsijiet