Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 75: Erba’ Subien f’Babilonja

Storja 75: Erba’ Subien f’Babilonja

IS-SULTAN Nebukadnessar jieħu lill-Iżraelin kollha li huma l-iktar ta’ skola f’Babilonja. Wara s-sultan jagħżel minn fosthom l-iktar żgħażagħ subien li huma sbieħ u bravi. Tista’ tara erbgħa minn dawn is-subien hawn. Wieħed huwa Danjel, u t-tlieta l-oħra jiġu msejħin Sidrak, Mesak, u Għabednego mill-Babiloniżi.

Nebukadnessar bi ħsiebu jħarreġ lil dawn iż-żgħażagħ biex jaqdu fil-palazz tiegħu. Wara tliet snin ta’ taħriġ hu se jagħżel biss lil dawk li huma l-iktar bravi biex jgħinuh isolvi l-problemi. Is-sultan irid li s-subien ikunu f’saħħithom waqt li jkunu qed jitħarrġu. Għalhekk, jordna li l-qaddejja tiegħu għandhom jagħtuhom kollha l-istess ikel u nbid rikk li jieħdu hu u l-familja tiegħu.

Danjel, Sidrak, Mesak, u Għabednego qed jispjegaw it-twemmin tagħhom

Ħares lejn iż-żagħżugħ Danjel. Taf x’inhu jgħid lill-kap tal-qaddejja ta’ Nebukadnessar, Asfenaż? Danjel qed jgħidlu li hu ma jridx jiekol l-ikel rikk mill-mejda tas-sultan. Imma Asfenaż hu inkwetat. Hu jgħid: ‘Is-sultan għażel x’għandkom tieklu u tixorbu. U jekk int ma tidhirx f’saħħtek daqs iż-żgħażagħ subien l-oħrajn, jista’ joqtolni.’

Allura Danjel imur għand il-gwardjan li Asfenaż poġġa biex jieħu ħsieb lil Danjel u lit-tlett iħbieb tiegħu. Danjel jgħid: ‘Jekk jogħġbok għaddina minn prova għal 10 ijiem. Agħtina xi ħaxix biex nieklu u ilma x’nixorbu. Imbagħad qabbilna mal-irġiel żgħażagħ l-oħrajn li qed jieklu l-ikel tas-sultan, u ara min jidher l-aħjar minna.’

Il-gwardjan jaqbel li jagħmel dan. U meta jgħaddu l-10 ijiem, Danjel u t-tlett iħbieb tiegħu jidhru iktar b’saħħithom mill-irġiel żgħażagħ l-oħrajn kollha. Għalhekk, il-gwardjan iħallihom jieklu l-ħaxix flok dak li kien jipprovdi s-sultan

Fl-aħħar tat-tliet snin iż-żgħażagħ kollha jiġu quddiem Nebukadnessar. Wara li jkellimhom kollha, is-sultan isib li Danjel u t-tlett iħbieb tiegħu huma l-iktar għaqlin. Għalhekk iżommhom biex jgħinuh fil-palazz tiegħu. U kull meta s-sultan jistaqsi lil Danjel, Sidrak, Mesak, u Għabednego xi mistoqsijiet jew jagħtihom xi problemi diffiċli biex isolvuhom, huma jafu 10 darbiet iktar minn kwalunkwe wieħed mill-qassisin jew l-irġiel għorrief tiegħu.

Danjel 1:1-21.



Mistoqsijiet

  • Min huma l-erba’ subien fl-istampa, u għala qegħdin Babilonja?
  • Nebukadnessar x’bi ħsiebu jagħmel bl-erba’ subien, u x’ordni jagħti lill-qaddejja tiegħu?
  • Danjel x’jitlob li jagħtu lilu u lit-tlett iħbieb tiegħu bħala ikel u xorb?
  • Wara li jieklu l-ħaxix għal 10 ijiem, Danjel u t-tliet sħabu kif jidhru meta mqabblin mal-irġiel żgħażagħ l-oħrajn?
  • Danjel u t-tlett iħbieb tiegħu kif jispiċċaw fil-palazz tas-sultan, u b’liema mod huma aħjar mill-qassisin u l-irġiel għorrief?

Iktar mistoqsijiet

  • Aqra Danjel 1:1-21.

    X’tip ta’ sforz hu meħtieġ jekk irridu nirreżistu t-tentazzjonijiet u negħlbu d-dgħufijiet? (Dan. 1:8; Ġen. 39:710; Gal. 6:9)

    B’liema mod jistgħu ż-żgħażagħ illum jiġu mħajrin jew issirilhom pressjoni biex igawdu dawk li jitqiesu bħala affarijiet “mill-aqwa”? (Dan. 1:8; Prov. 20:1; 2 Kor. 6:17-7:1)

    Ir-rakkont tal-Bibbja dwar l-erba’ żgħażagħ Ebrej x’jgħinna nifhmu dwar li nirċievu għarfien sekulari? (Dan. 1:20; Is. 54:13; 1 Kor. 3:18-20)