Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 72: Alla Jgħin lis-Sultan Ħeżekija

Storja 72: Alla Jgħin lis-Sultan Ħeżekija

TAF għala dan ir-raġel qed jitlob lil Ġeħova? Għala poġġa dawn l-ittri quddiem l-artal ta’ Ġeħova? Ir-raġel huwa Ħeżekija. Hu s-sultan taż-żewġ tribujiet t’Iżrael tan-Nofsinhar. U jinsab f’ħafna inkwiet. Għala?

Is-Sultan Ħeżekija qed jitlob

Għax l-armati Assirjani diġà qerdu lill-10 tribujiet tat-Tramuntana. Ġeħova ħalla dan jiġri għax dawk in-nies kienu vera ħżiena. U issa l-armati Assirjani ġew biex jiġġieldu kontra s-saltna taż-żewġ tribujiet.

Is-sultan tal-Assirja għadu kif bagħat xi ittri lis-Sultan Ħeżekija. Dawn huma l-ittri li Ħeżekija poġġa hawn quddiem Alla. L-ittri jwaqqgħu lil Ġeħova għaċ-ċajt, u jgħidu lil Ħeżekija biex jaqta’ qalbu. Hu għalhekk li Ħeżekija jitlob: ‘O Ġeħova, salvana mis-sultan tal-Assirja. Imbagħad il-ġnus kollha jkunu jafu li int waħdek Alla.’ Ġeħova se jisma’ lil Ħeżekija?

Ħeżekija hu sultan tajjeb. Mhuwiex bħas-slaten ħżiena tas-saltna t’Iżrael b’10 tribujiet, jew bħal missieru, is-Sultan Aħaż, li kien ħażin. Ħeżekija qagħad attent li jobdi l-liġijiet ta’ Ġeħova kollha. Għalhekk, wara li Ħeżekija jispiċċa mit-talb, il-profeta Isaija jibgħatlu dan il-messaġġ mingħand Ġeħova: ‘Is-sultan tal-Assirja ma jidħolx f’Ġerusalemm. U l-ebda wieħed mis-suldati tiegħu ma saħansitra se jersaq qrib tagħha.

Ħares lejn l-istampa f’din il-paġna. Taf min huma dawn is-suldati mejtin kollha? Dawn huma l-Assirjani. Ġeħova bagħat lill-anġlu tiegħu, u f’lejl wieħed l-anġlu qatel 185,000 suldat Assirjan. Għalhekk, is-sultan tal-Assirja jaqta’ qalbu u jmur lura pajjiżu.se jisparaw lanqas vleġġa waħda lejn il-belt.’

Suldati Assirjani mejtin

Is-saltna b’żewġ tribujiet inħelset, u n-nies ikollhom il-paċi għal xi żmien. Iżda wara li Ħeżekija jmut isir sultan ibnu Manasse. Manasse u ibnu Amon li jsaltan warajh huma t-tnejn slaten ħżiena ħafna. Għalhekk, l-art terġa’ timtela bil-kriminalità u bil-vjolenza. Meta s-Sultan Amon jiġi maqtul mill-qaddejja tiegħu stess, ibnu Ġosija jsir is-sultan tas-saltna b’żewġ tribujiet.

2 Slaten 18:1-36; 19:1-37; 21:1-25.



Mistoqsijiet

  • Min hu r-raġel fl-istampa, u għala jinsab f’ħafna inkwiet?
  • X’inhuma l-ittri li Ħeżekija poġġa quddiem Alla, u Ħeżekija x’jitlob?
  • X’tip ta’ sultan hu Ħeżekija, u x’messaġġ jibgħatlu Ġeħova permezz tal-profeta Isaija?
  • L-anġlu ta’ Ġeħova x’jagħmel lill-Assirjani, kif jidher fl-istampa?
  • Għalkemm is-saltna b’żewġ tribujiet ikollha l-paċi għal xi żmien, x’jiġri wara li Ħeżekija jmut?

Iktar mistoqsijiet