Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Storja 67: Ġeħosafat Jafda f’Ġeħova

Storja 67: Ġeħosafat Jafda f’Ġeħova

TAF min huma dawn l-irġiel u x’qed jagħmlu? Sejrin għall-battalja, u l-irġiel li tista’ tara fuq quddiem qed ikantaw. Imma forsi tistaqsi: ‘L-għannejja għala m’għandhomx sjuf u lanez biex jiġġieldu bihom?’ Ejja naraw.

Iżraelin jimmarċjaw lejn il-battalja

Ġeħosafat hu s-sultan tas-saltna t’Iżrael b’żewġ tribujiet. Jgħix fl-istess żmien tas-Sultan Aħab u Ġeżabel tas-saltna tat-Tramuntana b’10 tribujiet. Imma Ġeħosafat hu sultan tajjeb, u missieru Asa kien sultan mill-aħjar ukoll. Għalhekk, għal ħafna snin in-nies tas-saltna tan-Nofsinhar b’żewġ tribujiet igawdu ħajja tajba.

Imma issa tiġri xi ħaġa li tbeżża’ lin-nies. Xi messaġġiera jgħidu lil Ġeħosafat: ‘Ġejja armata kbira mill-pajjiżi ta’ Mowab, Amon, u l-Muntanja Segħir biex jattakkawk.’ Ħafna Iżraelin jinġemgħu Ġerusalemm biex jitolbu l-għajnuna ta’ Ġeħova. Imorru sat-tempju, u hemmhekk Ġeħosafat jitlob: ‘O Ġeħova, Alla tagħna, ma nafux x’naqbdu nagħmlu. Ma nistgħu nagħmlu xejn kontra din l-armata kbira. Ġejna għandek għall-għajnuna.’

Ġeħova jisma’, u jibgħat wieħed mill-qaddejja tiegħu biex jgħid lin-nies: ‘Il-battalja mhijiex tagħkom imma t’Alla. Mhux se jkollkom għalfejn tiġġieldu. Tiċċaqalqux, u araw kif Ġeħova ħa jsalvakom.’

Għalhekk, l-għada filgħodu Ġeħosafat jgħid lin-nies: ‘Afdaw f’Ġeħova!’ Imbagħad ipoġġi l-għannejja quddiem is-suldati tiegħu, u hekk kif jimmarċjaw dawn ifaħħru lil Ġeħova bil-kant. Taf x’jiġri meta jiġu viċin tal-battalja? Ġeħova jġiegħel lis-suldati tal-għedewwa jiġġieldu bejniethom. U meta jaslu l-Iżraelin, kull suldat tal-għedewwa jkun inqatel!

Kemm kien għaqli Ġeħosafat meta fada f’Ġeħova, hux veru? Aħna nkunu għaqlin jekk ukoll nafdaw Fih.

1 Slaten 22:41-53; 2 Kronaki 20:1-30.


Mistoqsijiet

  • Min hu Ġeħosafat, u f’liema perijodu jgħix?
  • L-Iżraelin għala huma mbeżżgħin, u ħafna minnhom x’jagħmlu?
  • Ġeħova kif iwieġeb it-talba ta’ Ġeħosafat?
  • Ġeħova xi jġiegħel li jiġri qabel il-battalja?
  • X’nistgħu nitgħallmu minn Ġeħosafat?

Iktar mistoqsijiet