Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ir-Raba’ Parti: Mill-Ewwel Sultan t’Iżrael sal-Jasar f’Babilonja

Ir-Raba’ Parti: Mill-Ewwel Sultan t’Iżrael sal-Jasar f’Babilonja

Sawl sar l-ewwel sultan t’Iżrael. Imma Ġeħova ċaħdu, u David ġie magħżul biex ikun is-sultan minfloku. Se nitgħallmu ħafna affarijiet dwar David. Bħala żagħżugħ, hu ġġieled kontra l-ġgant Gulija. Iktar tard, ħarab mis-Sultan Sawl li kien jgħir għalih. Imbagħad il-mara għaqlija Abigajl waqqfitu milli jagħmel ħaġa banali.

Imbagħad nitgħallmu ħafna affarijiet dwar it-tifel ta’ David li kien jismu Salamun u li sar is-sultan t’Iżrael minflok David. L-ewwel tliet slaten t’Iżrael ħakmu għal 40 sena kull wieħed. Wara li miet Salamun, l-art t’Iżrael ġiet maqsuma f’żewġ saltniet, is-saltna tat-Tramuntana u s-saltna tan-Nofsinhar.

Is-saltna tal-10 tribujiet tat-Tramuntana damet teżisti għal 257 sena qabel ma ġiet meqruda mill-Assirjani. Imbagħad 133 sena wara, is-saltna taż-żewġ tribujiet tan-Nofsinhar ġiet meqruda wkoll. F’dan iż-żmien l-Iżraelin ittieħdu fil-jasar f’Babilonja. Għalhekk, IR-RABA’ Parti tkopri 510 snin ta’ storja li matulhom seħħew ħafna ġrajjiet eċċitanti li ħa naqraw dwarhom.

Is-Sultan Salamun qed jitlob