Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Il-Ħames Parti: Mill-Jasar f’Babilonja sal-Bini mill-Ġdid tas-Swar ta’ Ġerusalemm

Il-Ħames Parti: Mill-Jasar f’Babilonja sal-Bini mill-Ġdid tas-Swar ta’ Ġerusalemm

Waqt li kienu fil-jasar f’Babilonja, il-fidi tal-Iżraelin ġiet imġarrba ħafna drabi. Sidrak, Mesak, u Għabednego ntefgħu f’forn tan-nar iħeġġeġ, imma Alla ħariġhom minn hemm ħajjin. Iktar tard, wara li Babilonja ġiet mirbuħa mill-Medi u l-Persjani, Danjel ġie mitfugħ f’ħofra tal-iljuni, imma Alla pproteġa lilu wkoll billi għalaq ħalq l-iljuni.

Fl-aħħar, is-sultan Persjan Ċiru ħeles lill-Iżraelin. Huma marru lura pajjiżhom eżatt 70 sena wara li ttieħdu lejn Babilonja fil-jasar. Waħda mill-ewwel affarijiet li għamlu malli marru lura Ġerusalemm kienet li bdew jibnu t-tempju ta’ Ġeħova. Però, xi għedewwa ma damux ma waqqfu x-xogħol tagħhom. Allura kien xi 22 sena wara li marru lura Ġerusalemm li fl-aħħar lestew it-tempju.

Imbagħad nitgħallmu dwar il-vjaġġ t’Esdra lura lejn Ġerusalemm biex isebbaħ it-tempju. Dan seħħ xi 47 sena wara li tlesta t-tempju. Imbagħad, 13-il sena wara l-vjaġġ t’Esdra, Neħemija għen biex jerġgħu jinbnew is-swar imġarrfin ta’ Ġerusalemm. IL-ĦAMES Parti tkopri 152 sena ta’ storja sa dan iż-żmien.

Esdra u n-nies qed jitolbu