Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Il-Messaġġ tal-Bibbja—Ħarsa Fuq Fuq

Il-Messaġġ tal-Bibbja—Ħarsa Fuq Fuq
  1. Ġeħova joħloq lil Adam u Eva bil-prospett li jgħixu għal dejjem f’Ġenna tal-art. Satana jimmalafama l-isem t’Alla u jisfida d-dritt Tiegħu li jaħkem. Adam u Eva jingħaqdu maʼ Satana fir-ribelljoni, u jġibu d-dnub u l-mewt fuqhom infushom u fuq nisilhom

  2. Ġeħova jaqtaʼ s-sentenza kontra r-ribelli u jwiegħed li se jqum Ħellies, jew Nisel, li se jisħaq lil Satana, u jneħħi r-riżultati tar-ribelljoni u d-dnub

  3. Ġeħova jwiegħed lil Abraham u lil David li se jkunu missirijiet tan-Nisel, jew il-Messija, li se jaħkem bħala Sultan għal dejjem

  4. Ġeħova jnebbaħ lill-profeti biex ibassru li l-Messija se jipprovdi mezz taʼ fejqan mid-dnub u l-mewt. Flimkien maʼ wħud oħrajn, hu se jaħkem bħala Sultan tas-Saltna t’Alla, li se ttemm il-gwerer, il-mard, u saħansitra l-mewt

  5. Ġeħova jibgħat lil Ibnu fuq l-art u juri li Ġesù hu l-Messija. Ġesù jipprietka dwar is-Saltna t’Alla u joffri ħajtu bħala sagrifiċċju. Imbagħad Ġeħova jirxoxtah bħala spirtu

  6. Ġeħova jagħmel lil Ibnu Sultan fis-sema, u dan iservi taʼ sinjal li bdew l-aħħar jiem taʼ din is-sistema dinjija. Ġesù jiggwida lis-segwaċi tiegħu fuq l-art hekk kif jippritkaw dwar is-Saltna t’Alla mal-art kollha

  7. Ġeħova jidderieġi lil Ibnu biex permezz tas-Saltna jibda jaħkem għal fuq l-art. Is-Saltna teqred il-gvernijiet ħżiena kollha, tagħmel l-art Ġenna, u tressaq lill-bnedmin leali lejn il-perfezzjoni. Id-dritt taʼ Ġeħova biex jaħkem jintwera li hu ġust, u ismu jitqaddes għal dejjem