Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 13

X’Se Jiġri mir-Reliġjonijiet?

X’Se Jiġri mir-Reliġjonijiet?

1. Ir-​reliġjonijiet kollha huma tajbin?

Hemm nies sinċieri f’kull reliġjon. Hi aħbar tajba li Alla jara dawn in-​nies u jimpurtah minnhom. Imma b’sogħba, ħafna affarijiet ħżiena saru f’isem ir-​reliġjon. (2 Korintin 4:3, 4; 11:13-​15) Skont rapporti fl-​aħbarijiet, xi reliġjonijiet huma anke involuti f’terroriżmu, ġenoċidju, gwerer, u abbuż fuq it-​tfal. Dan hu taʼ niket kbir għal dawk li sinċerament jemmnu f’Alla!​—Aqra Mattew 24:3-​5, 11, 12.

Filwaqt li r-​reliġjon vera tigglorifika lil Alla, ir-​reliġjon falza ma togħġbu xejn. Din tgħallem ideat li mhumiex fil-​Bibbja, inkluż tagħlim falz dwar Alla u dwar il-​mejtin. Imma Ġeħova jrid li n-​nies ikunu jafu l-​verità dwaru.​—Aqra Eżekjel 18:4; 1 Timotju 2:3-​5.

2. X’se jiġri mir-​reliġjonijiet?

B’ferħ, Alla ma jiħux pjaċir b’reliġjonijiet li jsostnu li jħobbuh imma li fil-​verità jħobbu d-​dinja taʼ Satana. (Ġakbu 4:4) Il-​Kelma t’Alla tirreferi għar-​reliġjon falza kollha bħala “Babilonja l-​Kbira.” Babilonja kienet il-​belt antika fejn bdiet ir-​reliġjon falza wara d-​Dilluvju taʼ żmien Noè. Alla dalwaqt se jeqred ħesrem lir-​reliġjon li tqarraq bl-​umanità u taħqarha.​—Aqra Rivelazzjoni 17:1, 2, 5, 16, 17; 18:8.

Madanakollu, Ġeħova ma nesiex lin-​nies sinċieri li huma mxerrdin fost ir-​reliġjonijiet foloz madwar id-​dinja. Qed jgħaqqad lil dawn in-​nies billi jgħallimhom il-​verità.​—Aqra Mikea 4:2, 5.

 3. X’għandhom jagħmlu n-​nies sinċieri?

Ir-reliġjon vera qed tgħaqqad lin-nies

Ġeħova jimpurtah min-​nies li jħobbu dak li hu veru u tajjeb. Hu jħeġġiġhom biex iħallu warajhom ir-​reliġjon falza. In-​nies li jħobbu lil Alla huma lesti li jinbidlu biex jogħġbuh.​—Aqra Rivelazzjoni 18:4.

Fl-​ewwel seklu, meta n-​nies sinċieri semgħu l-​aħbar tajba mill-​appostli, wieġbu bil-​ferħ. Tgħallmu mod ġdid taʼ ħajja mingħand Ġeħova, ħajja iktar ferħana bi skop u b’tama. Huma eżempju tajjeb għalina llum għax wieġbu għall-​aħbar tajba billi poġġew lil Ġeħova fl-​ewwel post f’ħajjithom.​—Aqra l-​1 Tessalonikin 1:8, 9; 2:13.

Ġeħova jilqaʼ fil-​familja tiegħu taʼ aduraturi lil dawk li jagħtu daharhom lir-​reliġjon falza. Jekk taċċetta l-​istedina mill-​qalb taʼ Ġeħova, se tikseb il-​ħbiberija tiegħu, familja ġdida u kollha mħabba taʼ wħud li flimkien miegħek jaqdu lil Ġeħova, u ħajja taʼ dejjem.​—Aqra Marku 10:29, 30; 2 Korintin 6:17, 18.

4. Alla kif se jġib ferħ mal-​art kollha?

Il-​ġudizzju li ġej fuq ir-​reliġjon falza hu aħbar tajba. Se jġib serħan mad-​dinja kollha mill-​moħqrija. Ir-​reliġjon falza qatt mhi se terġaʼ tqarraq bl-​umanità u tifridha. L-​umanità kollha se tkun magħquda fil-​qima tal-​uniku Alla veru.​—Aqra Rivelazzjoni 18:20, 21; 21:3, 4.