Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 1

X’Inhi l-Aħbar Tajba?

X’Inhi l-Aħbar Tajba?

1. X’inhi l-aħbar mingħand Alla?

Alla jixtieq li n-​nies igawdu l-​ħajja fuq l-​art. Hu ħalaq l-​art u kulma fiha għax iħobb lill-​bnedmin. Dalwaqt se jaġixxi biex jipprovdi futur aħjar għan-​nies f’kull pajjiż. Se jneħħi dak li jikkaġuna s-​sofferenza, u b’hekk se jġib serħan għall-​umanità.​—Aqra Ġeremija 29:11.

L-​ebda gvern ma qatt irnexxielu jġib fix-​xejn il-​vjolenza, il-​mard, jew il-​mewt. Imma hemm aħbar tajba. Alla dalwaqt se jġib il-​gvern tiegħu stess biex jieħu post il-​gvernijiet umani kollha. Is-​sudditi taʼ dan il-​gvern se jgawdu paċi u saħħa tajba.​—Aqra Isaija 25:8; 33:24; Danjel 2:44.

2. L-aħbar tajba għala hi urġenti?

Is-​sofferenza se tispiċċa biss meta Alla jneħħi minn fuq l-​art lin-​nies ħżiena. (Sofonija 2:3) Dan meta se jseħħ? Il-​Kelma t’Alla bassret il-​kundizzjonijiet li issa qed jheddu lill-​umanità. Il-​ġrajjiet kurrenti juru li ż-​żmien biex Alla jaġixxi hu qrib.​—Aqra t-​2 Timotju 3:1-5.

3. X’għandna nagħmlu?

Għandna nitgħallmu dwar Alla mill-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Hi bħal ittra miktuba lilna minn missier kollu mħabba. Tgħidilna kif nistgħu ngawdu mod taʼ ħajja aħjar issa u kif nistgħu ngawdu ħajja taʼ dejjem fuq l-​art fil-​futur. Veru, xi wħud forsi ma jiħdux gost li qed tikseb l-​għajnuna biex tifhem il-​Bibbja. Imma ladarba Alla jwiegħed li jistaʼ jkollna futur aħjar, m’għandna nħallu lil ħadd jaqtgħalna qalbna.​—Aqra Proverbji 29:25; Rivelazzjoni 14:6, 7.