Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 5

Il-messaġġ tal-Bibbja

Il-messaġġ tal-Bibbja
DEHRA

Alla Ġeħova għandu d-​dritt li jsaltan. Ħadd ma jsaltan aħjar minnu. L-​iskop tiegħu għall-​art u għall-​umanità se jitwettaq.

Wara s-​sena 4026 QK

“Is-​serp” iqajjem dubji dwar id-​dritt taʼ Ġeħova li jsaltan u l-​mod kif isaltan. Ġeħova jwiegħed li jqajjem ‘nisel,’ jew “żerriegħa,” li eventwalment se jisħaq lis-​serp, Satana. (Ġenesi 3:1-​5, 15, nota taʼ taħt) Però, Ġeħova jagħti ċans lill-​bnedmin imexxu lilhom infushom taħt l-​influwenza tas-​serp.

Is-​sena 1943 QK

Ġeħova jgħid lil Abraham li n-​‘nisel’ imwiegħed se jkun wieħed mid-​dixxendenti tiegħu.—Ġenesi 22:18.

Wara s-​sena 1070 QK

Ġeħova jaċċerta lis-​Sultan David u iktar tard lil ibnu Salamun li n-​‘nisel’ imwiegħed kien se jiġi mill-​familja tagħhom.—2 Samwel 7:12, 16; 1 Slaten 9:3-​5; Isaija 9:6, 7.

Is-​sena 29 WK

Ġeħova jidentifika lil Ġesù bħala n-​‘nisel’ imwiegħed li hu l-​Werriet tat-​tron taʼ David.—Galatin 3:16; Luqa 1:31-​33; 3:21, 22.

Is-​sena 33 WK

Is-​serp, Satana, iweġġaʼ temporanjament lin-​‘nisel’ imwiegħed billi joqtol lil Ġesù. Ġeħova jirxoxta lil Ġesù għal ħajja fis-​sema u jaċċetta l-​valur tal-​ħajja perfetta tiegħu. Dan jipprovdi l-​bażi biex jinħafru d-​dnubiet u biex id-​dixxendenti t’Adam igawdu ħajja taʼ dejjem.—Ġenesi 3:15; Atti 2:32-​36; 1 Korintin 15:21, 22.

Madwar is-​sena 1914 WK

Ġesù jwaddab lis-​serp, Satana, lejn l-​art u jżommu hemm għal perijodu qasir.—Rivelazzjoni 12:7-​9, 12.

Il-​futur

Ġesù se jaqfel lil Satana għal 1,000 sena u mbagħad jeqirdu, billi b’mod simboliku jisħaqlu rasu. L-​iskop oriġinali taʼ Ġeħova għall-​art u l-​umanità jkun twettaq, ismu jkun ġie mnaddaf minn kull tmaqdir, u jkun wera b’mod ċar li għandu d-​dritt li jsaltan.—Rivelazzjoni 20:1-​3, 10; 21:3, 4.