Titu 2:1-15

2  Int, madankollu, ibqaʼ għid dak li jixraq lit-​tagħlim mimli saħħa.+  L-irġiel imdaħħlin fiż-​żmien,+ ħa jkunu moderati fi drawwiethom, serji,+ moħħhom f’loku, f’saħħithom fil-​fidi,+ fl-​imħabba, fis-​sabar.+  Bl-istess mod in-​nisa mdaħħlin fiż-​żmien,+ ħa juru l-​biżaʼ t’Alla fl-​imġiba tagħhom, ma jimmalafamawx,+ ma jkunux ilsiera taʼ ħafna nbid, imma jkunu għalliema taʼ dak li hu tajjeb;  b’hekk ikunu jistgħu jġibu f’sensihom lin-​nisa żgħażagħ biex iħobbu lil żwieġhom,+ iħobbu lil uliedhom,+  ikunu moħħhom f’loku, safjin,+ ħaddiema fid-​dar, tajbin, sottomessi+ lejn żwieġhom, sabiex il-​kelma t’Alla ma tkunx immaqdra.+  Bl-istess mod ibqaʼ ħeġġeġ lill-​irġiel żgħażagħ biex ikunu moħħhom f’loku,+  u f’kollox uri li int t’eżempju f’għemejjel tajbin;+ uri safa+ fit-​tagħlim tiegħek,+ serjetà;  uża kliem mimli saħħa li ma jistax jiġi kundannat,+ sabiex min hu kontra jistħi, għax ma jkollu xejn vili x’jgħid fuqna.+  L-ilsiera,+ ħa jkunu sottomessi lejn is-​sidien tagħhom f’kollox,+ u jogħġbuhom sew, ma jirrispondux,+ 10  ma jisirqux,+ imma juru fedeltà sħiħa,+ sabiex isebbħu f’kollox it-​tagħlim t’Alla, is-​Salvatur tagħna.+ 11  Għax intweriet+ il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla li ġġib is-​salvazzjoni+ lil kull xorta taʼ bnedmin+ 12  u li tgħallimna nwarrbu dak kollu li hu kontra r-​rieda t’Alla+ u x-​xewqat tad-​dinja+ u ngħixu sewwa b’moħħ f’loku u b’devozzjoni lejn Alla+ f’din is-​sistema.+ 13  Dan nagħmluh waqt li nistennew it-​tama hienja+ u l-​manifestazzjoni glorjuża+ tal-​kbir Alla u taʼ Kristu Ġesù, is-​Salvatur tagħna, 14  li ta lilu nnifsu+ għalina biex jeħlisna+ minn kull xorta taʼ ħażen u jnaddaf+ għalih innifsu poplu esklużivament tiegħu,+ żeluż għal għemejjel tajbin.+ 15  Ibqaʼ għid dawn l-​affarijiet u ħeġġeġ u widdeb bl-​awtorità sħiħa li ngħatatlek biex tikkmanda.+ Qatt tħalli lil min imaqdrek.+

Noti taʼ taħt