Titu 1:1-16

1  Pawlu, ilsir+ t’Alla u appostlu+ taʼ Ġesù Kristu skond il-​fidi tal-​magħżulin+ t’Alla u l-​għarfien eżatt+ dwar il-​verità+ li hi fi qbil mad-​devozzjoni lejn Alla+  bbażata fuq it-​tama tal-​ħajja taʼ dejjem.+ Alla, li ma jistax jigdeb,+ din wegħedhielna minn żmien twil ilu,+  u fiż-​żmien xieraq tiegħu wera kelmtu fl-​ippridkar li bih jien kont fdat+ bil-​kmand t’Alla, is-​Salvatur tagħna.+  Lil Titu, iben ġenwin+ fil-​fidi li għandna komuni bejnietna: Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi mingħand Alla l-​Missier+ u Kristu Ġesù s-​Salvatur tagħna.+  Għal din ir-​raġuni ħallejtek fi Kreta,+ biex tkun tistaʼ tikkoreġi l-​affarijiet difettużi u tkun tistaʼ taħtar+ anzjani f’belt wara l-​oħra, bħalma ordnajtlek.+  Min jinħatar m’għandux ikollu fuqiex jiġi akkużat,+ ikun raġel taʼ mara waħda,+ li għandu tfal jemmnu u m’humiex akkużati li huma sfrattati jew ribellużi.+  Għax indokratur m’għandux ikollu fuqiex jiġi akkużat+ bħala l-​prokuratur t’Alla,+ m’għandux ikun taʼ rasu,+ ma jitilgħulux malajr,+ ma jiskirx u jaqlaʼ l-​inkwiet,+ ma jsawwatx,+ mhux rgħib għal qligħ diżonest,+  imma għandu juri l-​ospitalità,+ iħobb it-​tjubija, ikun moħħu f’loku,+ ġust, leali,+ irażżan lilu nnifsu;+  u fil-​mod kif jgħallem iżomm sod mal-​kelma li tistaʼ tafdaha,+ biex ikun jistaʼ jħeġġeġ bit-​tagħlim mimli saħħa+ u jwiddeb+ lil dawk li jikkontradixxu. 10  Għax hemm ħafna li huma ribellużi, ilabalbu fil-​vojt,+ u jqarrqu bl-​imħuħ, speċjalment dawk li jżommu maċ-​ċirkonċiżjoni.+ 11  Lil dawn hemm bżonn li nagħlqulhom ħalqhom, għax qegħdin jaqilbu familji sħaħ+ billi għal qligħ diżonest jgħallmu affarijiet li ma jmisshomx jgħallmu.+ 12  Ċertu wieħed minnhom, profeta tagħhom stess, qal: “Il-​Kretin huma dejjem giddibin, bhejjem salvaġġi u perikolużi,+ nies b’kilba għall-​ikel u li ma jaħdmux.” 13  Din ix-​xiehda hi vera. Għal din l-​istess raġuni kompli widdibhom bl-​aħrax,+ biex ikunu jistgħu jissaħħu+ fil-​fidi, 14  u ma jagħtux kas il-​ħrejjef Lhud+ u l-​kmandamenti taʼ bnedmin+ li jitbiegħdu mill-​verità.+ 15  Kollox nadif għal min hu nadif.+ Imma għal dawk li huma mniġġsin+ u bla fidi+ xejn m’hu nadif, għax kemm l-​imħuħ u kemm il-​kuxjenzi tagħhom+ huma mniġġsin. 16  Huma jistqarru pubblikament li jafu lil Alla,+ imma jiċħduh b’dak li jagħmlu,+ għaliex huma mistkerrhin u diżubbidjenti u m’huma approvati+ għal ebda xorta t’għemil tajjeb.

Noti taʼ taħt