Sofonija 2:1-15

2  Inġabru, iva, inġabru,+ O ġens bla mistħija.+  Qabel ma l-​istatut jiled xi ħaġa,+ qabel ma l-​jum ikun għadda bħal karfa, qabel ma tiġi fuqkom ir-​rabja taħraq taʼ Ġeħova,+ qabel ma jiġi fuqkom jum ir-​rabja taʼ Ġeħova,+  fittxu lil Ġeħova,+ intom il-​ġwejdin kollha taʼ l-​art,+ li wettaqtu d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji Tiegħu. Fittxu s-​sewwa,+ fittxu li tkunu ġwejdin.+ Probabbilment+ tkunu tistgħu tinħbew f’jum ir-​rabja taʼ Ġeħova.+  Għax Gaża se ssir belt abbandunata;+ u Askelon issir ħerba.+ Asdod,+ sewwasew f’nofsinhar se jkeċċuha ’l barra;+ u Għekron tinqalaʼ mill-​għeruq.+  “Gwaj għal dawk li jgħammru fir-​reġjun tal-​baħar, il-​ġens tal-​Keretin!+ Il-​kelma taʼ Ġeħova hi kontrikom. O Kangħan, l-​art tal-​Filistin, se neqred lilek ukoll, sabiex ħadd ma jgħammar fik.+  U r-​reġjun tal-​baħar isir mergħat,+ bi bjar għar-​rgħajja u mqawel tal-​ġebel għan-​nagħaġ.  U għad isir reġjun għal dawk li jifdal minn dar Ġuda.+ Minn hemm se jieklu huma. Fid-​djar t’Askelon, fil-​għaxija, huma se jimteddu fil-​wisaʼ. Għax Ġeħova Alla tagħhom se jitfaʼ l-​attenzjoni tiegħu fuqhom+ u se jiġbor lura lill-​imjassrin tagħhom.”+  “Smajt it-​tmaqdir minn Mowab+ u t-​tgħajjir taʼ wlied Għammon,+ li bih maqdru lill-​poplu tiegħi u bi kburija kbira lissnu theddid kontra t-​territorju tiegħu.  Għalhekk, daqskemm jien ħaj,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, “Mowab issir bħal Sodoma,+ u wlied Għammon+ bħal Gomorra, post tal-​ħurrieq, u ħofra tal-​melħ, u art abbandunata, iva, għal żmien indefinit.*+ Dawk li jifdal mill-​poplu tiegħi se jisirquhom, u l-​fdal tal-​ġens tiegħi se jiħodhom taħt idejh.+ 10  Dan se jieħdu minflok il-​kburija tagħhom,+ talli maqdru u baqgħu jitkabbru kontra l-​poplu taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.+ 11  Ġeħova se jqanqal il-​biżaʼ fihom;+ għax hu se jnixxef lill-​allat kollha taʼ l-​art,+ u n-​nies se jmilu quddiemu,+ kull wieħed mill-​post tiegħu, il-​gżejjer kollha tal-​ġnus.+ 12  “Intom ukoll, Etjopjani,+ intom se tinqatlu bis-​sejf tiegħi.”+ 13  “U hu se jmidd idu lejn it-​tramuntana u jeqred lill-​Assirja.+ U jagħmel lil Ninwe ħerba,+ reġjun bla ilma bħax-​xagħri. 14  U f’nofsha, il-​qtajjaʼ taʼ l-​annimali se jimteddu fil-​wisaʼ, l-​annimali salvaġġi kollha tal-​ġnus.+ Kemm il-​pellikan u kemm il-​porkuspin+ se jqattgħu l-​lejl fost il-​kaptelli tal-​kolonni tagħha.+ Leħen joqgħod ikanta fit-​tieqa. U jkun hemm ħerba sħiħa fuq l-​għatba; għax hu se jaqlaʼ saħansitra l-​injam minn mal-​ħajt.+ 15  Din hi l-​belt ferriħija li kienet bil-​qiegħda fis-​sigurtà,+ li kienet tgħid f’qalbha, ‘Jien biss, u m’hemm ħadd ħliefi.’+ O kif saret oġġett taʼ stagħġib, post fejn l-​annimali salvaġġi jimteddu fil-​wisaʼ! Kulmin jgħaddi minn ħdejha se jsaffar bi stagħġib; se jxejjer idu diżgustat.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.