Sofonija 1:1-18

1  Il-kelma taʼ Ġeħova li ġiet għand Sofonija, bin Kusi, bin Gedalija, bin Amarija, bin Ħeżekija, fi żmien Ġosija+ bin Amon+ is-​sultan taʼ Ġuda:  “Jien żgur se ntemm kollox minn fuq wiċċ l-​art,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+  “Se ntemm lill-​bniedem u l-​bhima.+ Intemm il-​ħliqa li ttir fis-​smewwiet u l-​ħut tal-​baħar,+ l-​affarijiet taʼ tfixkil flimkien man-​nies mill-​agħar;+ u se neqred lill-​bnedmin minn fuq wiċċ l-​art,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  “U se mmidd idi kontra Ġuda u kontra dawk kollha li jgħammru f’Ġerusalemm,+ u neqred minn dan il-​post lill-​fdal tal-​Bagħal,+ isem il-​qassisin taʼ l-​allat barranin kif ukoll il-​qassisin,+  u lil dawk li qed imilu fuq il-​bjut lejn l-​armata tas-​smewwiet,+ u lil dawk li qed imilu,+ u jaħilfu lil Ġeħova+ u jaħilfu b’Malkam;+  u lil dawk li qed jerġgħu lura milli jimxu wara Ġeħova+ u li ma fittxewx lil Ġeħova u ma staqsewx x’jgħid.”+  Żommu s-​skiet quddiem il-​Mulej Sovran Ġeħova;+ għax il-​jum taʼ Ġeħova hu qrib,+ għax Ġeħova ħejja sagrifiċċju;+ hu pprepara*+ lill-​mistidnin tiegħu.  “U jrid iseħħ dakinhar tas-​sagrifiċċju taʼ Ġeħova li jien nikkastiga lill-​prinċpijiet, u lil ulied is-​sultan,+ u lil dawk kollha lebsin ilbies barrani.+  U dakinhar se nikkastiga lil kulmin qed jitlaʼ fuq il-​pjattaforma,* dawk li qed jimlew dar is-​sidien tagħhom bil-​vjolenza u l-​qerq.+ 10  U jkun hemm f’dak il-​jum,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “il-​ħoss taʼ l-​għajat minn Bieb il-​Ħut,+ u tinwiħ mill-​parti l-​ġdida tal-​belt,+ u tiġrif kbir mill-​għoljiet.+ 11  Newħu+ abitanti taʼ Maktes,* għax il-​ġemgħa kollha tan-​negozjanti ġiet imsikkta;+ dawk kollha li jiżnu l-​fidda nqerdu. 12  “U jseħħ dak iż-​żmien li nfittex bir-​reqqa f’Ġerusalemm bl-​imsiebaħ,+ u nikkastiga lill-​irġiel li huma bħall-​inbid li jagħqad fuq it-​tartru tiegħu+ u li qed jgħidu f’qalbhom, ‘Ġeħova mhux se jagħmel ġid, u mhux se jagħmel deni.’+ 13  U ġidhom jinħataf u djarhom isiru ħerba.+ U huma jibnu djar, imma ma jgħammrux fihom;+ u jħawlu għelieqi bid-​dwieli, imma ma jixorbux l-​inbid tagħhom.+ 14  “Il-​jum il-​kbir+ taʼ Ġeħova fil-​qrib.+ Fil-​qrib u qed jgħaġġel ħafna.+ Il-​ħoss tal-​jum taʼ Ġeħova hu wieħed taʼ mrar.+ Dakinhar raġel setgħan ilissen għajta.+ 15  Dak il-​jum huwa jum taʼ rabja qalila, jum taʼ niket u diqa,+ jum taʼ maltempata u ħerba, jum taʼ dlam u swidija,+ jum taʼ sħab u dlam ċappa, 16  jum taʼ ħoss taʼ qarn u t’għajta taʼ gwerra,+ kontra l-​bliet fortifikati u kontra t-​torrijiet għoljin tal-​kantunieri.+ 17  U jien se nġib in-​niket fuq il-​bnedmin, u huma se jimxu bħal għomja;+ għax dinbu kontra Ġeħova.+ U demmhom se jissawwab bħal trab,+ u msarinhom bħad-​demel.+ 18  La l-​fidda u lanqas id-​deheb tagħhom ma se jkunu jistgħu jeħilsuhom f’jum il-​qilla taʼ Ġeħova;+ imma bin-​nar taż-​żelu tiegħu l-​art kollha se tinbelaʼ,+ għax se jagħmel qerda sħiħa, tabilħaqq waħda terribbli, mill-​abitanti kollha taʼ l-​art.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qaddes.”
Jew, “podju”; jew, “għatba.” X’aktarx, il-​pjattaforma tat-​tron tas-​sultan.
Milli jidher din kienet sezzjoni taʼ Ġerusalemm ħdejn Bieb il-​Ħut u l-​parti l-​ġdida tal-​belt.