Salmi 99:1-9

99  Ġeħova sar sultan.+ Ħa jitriegħdu l-​popli.+Hu qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini.+ Ħa tirtogħod l-​art.+   Ġeħova hu kbir f’Sijon,+U jinsab fl-​għoli fuq il-​popli kollha.+   Ħa jfaħħru lil ismek.+Kbir u jqanqal il-​biżaʼ, qaddis hu.+   Bħala sultan, hu jħobb il-​ġustizzja u juża saħħtu biex juriha.+Int waqqaft dak li hu rett fis-​sod.+Ġustizzja u sewwa wettaqt f’Ġakobb.+   Għollu bit-​tifħir lil Ġeħova Alla tagħna+ u milu ħdejn il-​banketta għal saqajh;+Hu qaddis.+   Mosè u Aron kienu fost il-​qassisin tiegħu,+U Samwel kien fost dawk li jsejħu ismu.+Kienu jsejħu lil Ġeħova, u hu kien iwiġibhom.+   Fil-kolonna tas-​sħab baqaʼ jitkellem magħhom.+Huma żammew it-​tfakkiriet tiegħu u r-​regolament li tahom.+   O Ġeħova Alla tagħna, int wiġibthom.+Kont għalihom Alla li taħfer,+U li tagħmel vendetta għall-​għemejjel mistkerrhin tagħhom.+   Għollu bit-​tifħir lil Ġeħova Alla tagħna+U milu ħdejn il-​muntanja qaddisa tiegħu.+Għax Ġeħova Alla tagħna hu qaddis.+

Noti taʼ taħt