Salmi 98:1-9

Melodija. 98  Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,+Għax taʼ l-​għaġeb l-​affarijiet li għamel.+Kiseb salvazzjoni b’lemintu, iva, bid-​driegħ qaddis tiegħu.+   Ġeħova għamel is-​salvazzjoni tiegħu magħrufa;+F’għajnejn il-​ġnus wera s-​sewwa tiegħu.+   Hu ftakar fil-​wegħda li għamel biex juri qalb tajba bl-​imħabba u fedeltà maʼ dar Israel.+It-​truf kollha taʼ l-​art raw is-​salvazzjoni minn Alla tagħna.+   Għajtu lil Ġeħova bil-​ferħ għajat taʼ rebħa, nies kollha taʼ l-​art.+Thennew, għajtu bil-​ferħ, u għannu.+   Għannu lil Ġeħova bl-​arpa,+Bl-​arpa u bil-​leħen taʼ melodija.+   Bit-trumbetti u bil-​ħoss tal-​qarn+Għajtu bil-​ferħ għajat taʼ rebħa quddiem is-​Sultan, Ġeħova.   Ħa jgħajjat il-​baħar u kulma fih,+L-​art produttiva u dawk li jgħammru fiha.+   Ħa jċapċpu idejhom ix-​xmajjar;Ħa jgħajtu bil-​ferħ il-​muntanji kollha+   Quddiem Ġeħova, għax hu ġie biex jiġġudika l-​art.+Se jiġġudika l-​art abitata bis-​sewwa+U lill-​popli b’mod rett.+

Noti taʼ taħt