Salmi 95:1-11

95  Ejjew ħa ngħajtu bil-​ferħ lil Ġeħova!+Ħa ngħajtu bil-​ferħ taʼ rebħa lill-​Blata tagħna tas-​salvazzjoni.+   Ħa mmorru quddiemu b’radd il-​ħajr;+Ħa ngħannulu u ngħajtu bil-​ferħ għajat taʼ rebħa.+   Għax Ġeħova hu Alla kbir+U Sultan kbir fuq l-​allat l-​oħrajn kollha,+   Hu li f’idu hemm l-​iktar abbissi ġewwinin taʼ l-​art+U li tiegħu huma l-​qċaċet tal-​muntanji;+   Li tiegħu hu l-​baħar li għamel hu stess,+U l-​art niexfa li sawru idejh.+   Idħlu, ejjew inqimuh u mmilu quddiemu;+Ħa ninżlu għarkopptejna+ quddiem Ġeħova, Dak li għamilna.+   Għax hu Alla tagħna, u aħna l-​poplu tal-​mergħa tiegħu u n-​nagħaġ immexxijin minn idu.+Jekk illum tisimgħu leħnu,+   Twebbsux qlubkom bħal f’Meriba,+Bħal dakinhar taʼ Massah fix-​xagħri,+   Meta missirijietkom ipprovawni;+Għaddewni minn prova, għalkemm raw dak li kont għamilt.+ 10  Għal erbgħin sena sħaħ bqajt nistkerrah lil dik il-​ġenerazzjoni,+U għedt:“Dawn in-​nies m’għandhomx qalb stabbli,+U ma sarux jafu triqati”;+ 11  Dwarhom ħlift fir-​rabja tiegħi:+“Ma jidħlux fil-​post taʼ mistrieħ tiegħi.”+

Noti taʼ taħt