Salmi 94:1-23

94  O Alla t’atti taʼ vendetta, Ġeħova,+O Alla t’atti taʼ vendetta, uri d-​dija tiegħek!+   Qum, O Mħallef taʼ l-​art.+Ħallas lis-​suppervi.+   Kemm se jdumu l-​ħżiena, O Ġeħova,+Kemm se jdumu l-​ħżiena jifirħu?+   Jibqgħu jpaċpċu, jibqgħu jitkellmu bla rażan;+Dawk kollha li jipprattikaw il-​ħsara joqogħdu jiftaħru bihom infushom.+   Lill-poplu tiegħek, O Ġeħova, jibqgħu jfarrkuh,+U lil wirtek jibqgħu jġegħluh isofri.+   Lill-armla u lir-​resident barrani joqtluhom,+U lis-​subien bla missier ineħħulhom ħajjithom.+   U jibqgħu jgħidu: “Jah ma jarax;+U l-​Alla taʼ Ġakobb ma jindunax.”+   Ifhmu, intom li ma tirraġunawx;+U intom l-​istupidi, meta se jkollkom id-​dehen?+   Jaqaw Dak li għamel il-​widna, ma jismax?+Jew Dak li fforma l-​għajn, ma jarax?+ 10  Jaqaw Dak li qed jikkoreġi lill-​ġnus, ma jistax iwiddeb,+Iva, Dak li qed jgħallem l-​għarfien lill-​bnedmin?+ 11  Ġeħova jaf il-​ħsibijiet tal-​bnedmin, li huma bħal nifs.+ 12  Hieni r-​raġel b’saħħtu li int tikkoreġih,+ O Jah,U li tgħallmu mil-​liġi tiegħek stess,+ 13  Biex tagħtih il-​kwiet saħansitra f’jiem taʼ gwaj,+Sakemm titħaffer ħofra għall-​ħażin.+ 14  Għax Ġeħova mhux se jabbanduna lill-​poplu tiegħu,+Lanqas ma se jitlaq lil wirtu stess.+ 15  Għax id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji se jerġgħu lura għas-​sewwa,+U dawk kollha retti f’qalbhom jimxu magħhom. 16  Min se jqum għalija kontra dawk li jagħmlu l-​ħażen?+Min se jieqaf għalija kontra dawk li jipprattikaw il-​ħsara?+ 17  Kieku Ġeħova m’għennix,+Ruħi kienet tgħammar fis-​skiet f’qasir żmien.+ 18  Meta jien għedt: “Sieqi żgur mhix se timxi fis-​sod,”+Il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, O Ġeħova, baqgħet twiżinni.+ 19  Meta l-​ħsibijiet li jinkwetawni żdiedu ġewwa fija,+Il-​faraġ tiegħek beda jmellisli ruħi.+ 20  Jistaʼ t-​tron li jġib l-​għawġ ikun imsieħeb miegħek+Waqt li jippjana l-​inkwiet permezz taʼ digriet?+ 21  Huma jattakkaw b’mod aħrax lil ruħ il-​ġust+U lill-​innoċenti+ jiddikjarawh bħala wieħed mill-​agħar biex ikunu jistgħu jxerrdulu demmu. 22  Imma Ġeħova se jsir għalija post fl-​għoli taʼ sigurtà,+U Alla tiegħi jkun il-​blata tal-​kenn tiegħi.+ 23  Hu se jdawwar lura fuqhom l-​uġigħ li kkaġunaw+U jsikkithom bil-​gwaj tagħhom stess.+Ġeħova Alla tagħna se jsikkithom.+

Noti taʼ taħt