Salmi 92:1-15

Melodija, għanja, għal jum is-​Sabat.* 92  Tajjeb li rroddu ħajr lil Ġeħova+U li ngħannu lil ismek, O l-​Iktar Għoli;+   Li ngħidu fil-​għodu dwar il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek+U dwar il-​fedeltà tiegħek matul il-​lejl,+   Fuq strument b’għaxar kordi u l-​iljut,*+B’mużika tidwi bl-​arpa.+   Għax int ferraħtni, O Ġeħova, bl-​attività tiegħek;Minħabba xogħol idejk jien ngħajjat bil-​ferħ.+   Kemm huma kbar l-​għemejjel tiegħek, O Ġeħova!+Profondi ferm huma ħsibijietek.+   Ebda bniedem bla raġuni ma jistaʼ jkun jafhom,+U l-​ebda stupidu ma jistaʼ jifhem dan.+   Meta n-​nies mill-​agħar jinbtu bħall-​ħaxix+U dawk kollha li jipprattikaw il-​ħsara jiffjorixxu,Dan ikun biex jinqerdu għal dejjem.+   Imma int fl-​għoli għal dejjem, O Ġeħova.+   Għax, ara, l-​għedewwa tiegħek, O Ġeħova,+Għax, ara, l-​għedewwa tiegħek se jgħibu;+Dawk kollha li jipprattikaw il-​ħsara se jinfirdu minn xulxin.+ 10  Imma int se tgħolli l-​qarn* tiegħi bħal dak taʼ barri salvaġġ;+Se nindilek b’żejt frisk.+ 11  U għajnejja se jħarsu rebbiħin lejn l-​għedewwa tiegħi;+Widnejja se jisimgħu dwar dawk li jqumu kontrija, dawk li jagħmlu l-​ħażen. 12  Il-ġust se jiffjorixxi bħas-​siġra tal-​palm;+Se jikber bħaċ-​ċedru fil-​Libanu.+ 13  Dawk li huma mħawlin fid-​dar taʼ Ġeħova,+Fil-​btieħi t’Alla tagħna,+ se jiffjorixxu. 14  Huma jibqgħu sejrin tajjeb anki meta xagħarhom isir griż,+Jibqgħu mimlijin ħajja u jħaddru,+ 15  Biex jgħidu li Ġeħova hu rett.+Hu l-​Blata tiegħi,+ li fih m’hemm ebda inġustizzja.+

Noti taʼ taħt

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Tip taʼ strument tal-​korda.
Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.