Salmi 91:1-16

91  Kulmin jgħammar fil-​post sigriet+ taʼ l-​Iktar Għoli+Se jikseb post fejn joqgħod għad-​dell taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.+   Jien se ngħid lil Ġeħova: “Int il-​kenn u l-​fortizza tiegħi,+Alla tiegħi li fih se nafda.”+   Għax hu jeħilsek min-​nasba tan-​nassâb,+Mill-​pesta li tikkaġuna l-​għawġ.+   B’tarf ġwinħajh ma jħalli lil ħadd jersaq lejk,+U taħt ġwinħajh issib il-​kenn.+Il-​fedeltà*+ tiegħu tkun tarka kbira+ u sur.   M’intix se tkun beżgħan minn xi ħaġa tal-​biżaʼ bil-​lejl,+Lanqas mill-​vleġġa+ li ttir matul il-​jum,   Mill-pesta li timxi fid-​dlam,+U mill-​qerda li ġġib ħerba f’nofsinhar.+   Elf se jaqgħu maġenbekU għaxart elef fuq lemintek;Iżda xejn minn dan ma jersaq lejk.+   B’għajnejk biss se tħares+U tara kif se jitħallsu l-​ħżiena.+   Għax int għedt: “Ġeħova hu l-​kenn tiegħi,”+U għamilt lill-​Iktar Għoli l-​post fejn tgħammar;+ 10  L-ebda gwaj ma jiġi fuqek,+U lanqas il-​mard ma jersaq qrib it-​tinda tiegħek.+ 11  Għax hu jagħti kmand dwarek lill-​anġli tiegħu,+Biex jgħassuk fi triqatek kollha.+ 12  Fuq idejhom iġorruk,+Biex ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.+ 13  Fuq l-​iljun u l-​kobra int tirfes;+Se tgħaffeġ taħt saqajk l-​iljun b’saħħtu u s-​serp kbir.+ 14  “Talli wrieni l-​affezzjoni tiegħu,+Jien neħilsu.+Nipproteġih għax sar jaf ismi.+ 15  Hu jsejjaħli, u jien inwieġbu.+Inkun miegħu fl-​inkwiet.+Insalvah u nigglorifikah.+ 16  B’għomor twil nissodisfah,+U nurih is-​salvazzjoni tiegħi.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “Il-​verità.”