Salmi 90:1-17

Talba taʼ Mosè, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru.+ 90  O Ġeħova, int kont għalina post fejn ngħammru+Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+   Qabel ma twieldu l-​muntanji,+Jew ġibt l-​art,+ kif ukoll l-​art produttiva, bħallikieku bl-​uġigħ tal-​ħlas+Iva, minn dejjem għal dejjem* int Alla.+   Lill-bniedem mortali int treġġgħu lejn it-​trab,+U tgħid: “Erġgħu lura, O wlied il-​bnedmin.”+   Għax elf sena huma f’għajnejk bħal jum tal-​bieraħ meta jgħaddi,+U bħal għassa* matul il-​lejl.+   Int knisthom ’l hemm;+ huma saru bħal sempliċi raqda.+Fil-​għodu jkunu bħal ħaxix aħdar li jinbet.+   Fil-għodu joħroġ l-​inwar u jinbet;+Sa fil-​għaxija jidbiel u jinxef.+   Għax aħna ntemmejna bir-​rabja tiegħek,+U bil-​korla tiegħek tħawwadna.+   Int qegħedt l-​iżbalji tagħna eżatt quddiemek,+L-​atti moħbijin tagħna fid-​dija taʼ wiċċek.+   Għax jiemna kollha resqu lejn tmiemhom bir-​rabja qalila tiegħek;+Is-​snin tagħna ntemmew malajr bħal tnehida.+ 10  B’kollox jiemna huma sebgħin sena;+U jekk minħabba xi setgħa speċjali jkunu tmenin,+Xorta jinsistu li jġibu l-​inkwiet u l-​uġigħ;+U dawn jgħaddu malajr, u aħna ntiru magħhom.+ 11  Min jaf is-​saħħa tar-​rabja tiegħek+U l-​qilla tiegħek li hi kbira daqs il-​biżaʼ li jistħoqqlok?+ 12  Urina kif għandna ngħoddu jiemna b’tali mod+Li nkunu nistgħu niksbu qalb għarfa.+ 13  Ejja lura, O Ġeħova!+ Kemm se ddum?+U ħa jiddispjaċik għall-​qaddejja tiegħek.+ 14  Issodisfana fil-​għodu bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek,+Sabiex ngħajtu bil-​ferħ u nithennew matul jiemna kollha.+ 15  Ferraħna daqskemm tajtna jiem taʼ sofferenza,+Snin taʼ gwaj.+ 16  Ħa jaraw l-​attività tiegħek dawk li jaqduk+U l-​glorja tiegħek fuq uliedhom.+ 17  Ħa tkun fuqna s-​sbuħija taʼ Ġeħova Alla tagħna,+U xogħol idejna stabbilih fis-​sod għalina.+Iva, xogħol idejna stabbilih fis-​sod.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “minn żmien indefinit għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Milli jidher, kull għassa kienet tkopri terz tal-​ħin bejn inżul u tlugħ ix-​xemx, jew xi erbaʼ sigħat il-​waħda, skond iż-​żmien tas-​sena.