Salmi 9:1-20

Lid-​direttur. Fuq Mut-labben.* Melodija taʼ David. א [Alef] 9  Infaħħrek, O Ġeħova, b’qalbi kollha;+Se niddikjara l-​għemejjel taʼ l-​għaġeb kollha tiegħek.+   Se nifraħ u nithenna minħabba fik,+U ngħanni lil ismek, O l-​Iktar Għoli.+ ב [Bet]   Meta l-​għedewwa tiegħi jduru lura,+Huma jitfixklu u jgħibu minn quddiemek.+   Għax int wettaqt il-​ġudizzju u l-​kawża tiegħi;+Poġġejt fuq it-​tron biex tiġġudika bis-​sewwa.+ ג [Gimel]   Int ċanfart il-​ġnus,+ qridt lill-​ħażin.+Isimhom ħassartu għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+   L-għadu jsir ħerba għal dejjem.+Hekk ukoll il-​bliet li qaċċatt.+L-​għadu tiegħek lanqas biss jissemma iktar.+ ה [Ħe]   Inkwantu għal Ġeħova, hu joqgħod fuq it-​tron tiegħu għal dejjem,+Jistabbilixxi fis-​sod it-​tron tiegħu għall-​ġudizzju.+   U jiġġudika bis-​sewwa l-​art abitata;+Jiġġudika l-​ġnus b’mod rett.+ ו [Waw]   U Ġeħova jsir post fl-​għoli taʼ sigurtà għal kulmin hu mfarrak,+Post fl-​għoli taʼ sigurtà fi żminijiet taʼ niket.+ 10  U dawk li jafu ismek jafdaw fik,+Għax int żgur ma titlaqx lil dawk li jfittxuk, O Ġeħova.+ ז [Żajin] 11  Għannu lil Ġeħova, li qed jgħammar f’Sijon;+Xandru fost il-​popli l-​għemejjel tiegħu.+ 12  Għax, waqt li jfittex lil min ixerred id-​demm,+ hu jiftakar f’dawk li qed isofru;+Żgur ma jinsiex l-​għajta tagħhom.+ ח [Ħet] 13  Ħenn għalija, O Ġeħova; ara s-​sofferenza li qed iġibu fuqi dawk li jobogħduni,+O int li qed terfagħni minn bibien il-​mewt,+ 14  Sabiex niddikjara l-​għemejjel kollha tiegħek li jistħoqqilhom tifħir+Fil-​bibien+ taʼ bint Sijon,+Biex nifraħ bis-​salvazzjoni tiegħek.+ ט [Tet] 15  Il-ġnus waqgħu ’l isfel fil-​ħofra li għamlu huma stess;+Fix-​xibka+ li ħbew huma, inqabdet sieqhom.+ 16  Ġeħova jintgħaraf mill-​ġudizzji li jwettaq.+Il-​ħażin inqabad f’nassa b’għemil idejh stess.+Ħiggajon.* Sela. י [Jod] 17  Il-ħżiena+ jitilqu lejn il-​Qabar,*+Kif ukoll il-​ġnus kollha li jinsew lil Alla.+ 18  Għax il-​fqir ma jibqax minsi għal dejjem,+U t-​tama tal-​ġwejdin qatt ma tgħib.+ כ [Kaf] 19  Qum, O Ġeħova! Ħa ma jidhirx iktar b’saħħtu minnek il-​bniedem mortali.+Ħalli l-​ġnus jiġu ġudikati quddiem wiċċek.+ 20  Itfaʼ l-​biżaʼ fihom, O Ġeħova,+Sabiex il-​ġnus ikunu jafu li m’huma xejn ħlief bnedmin mortali.+ Sela.

Noti taʼ taħt

Espressjoni Ebrajka mhix spjegata, imma tradotta minn xi wħud bħala “dwar il-​mewt taʼ l-​iben.”
Terminu tekniku Ebrajk użat fil-​mużika, li t-​tifsira tiegħu mhix ċerta.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.