Salmi 89:1-52

Maskil.* T’Etan l-​Eżraħi.+ 89  Dwar l-​espressjonijiet taʼ qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova se nibqaʼ nkanta għal dejjem.+Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se ngħarraf b’fommi l-​fedeltà tiegħek.+   Għax jien għedt: “Il-​qalb tajba bl-​imħabba se tibqaʼ soda għal dejjem;+Int iżżomm il-​fedeltà tiegħek stabbilita fis-​sod fis-​smewwiet.”+   “Jien għamilt patt mal-​magħżul tiegħi;+Ħlift lil David il-​qaddej tiegħi,+   ‘Nislek nistabbilih fis-​sod għal dejjem,+U nibni t-​tron tiegħek+ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.’” Sela.   Is-smewwiet se jfaħħru l-​att meraviljuż tiegħek, O Ġeħova,+Iva, il-​fedeltà tiegħek fil-​kongregazzjoni tal-​qaddisin.   Għax min fis-​smewwiet jistaʼ jitqabbel maʼ Ġeħova?+Min jistaʼ jixbah lil Ġeħova fost ulied Alla?+   Alla għandu jiġi rispettat profondament mill-​ġemgħa intima tal-​qaddisin;+Hu grandjuż u jqanqal il-​biżaʼ fost dawk kollha taʼ madwaru.+   O Alla Ġeħova taʼ l-​armati,+Min għandu enerġija daqsek, O Jah?+U l-​fedeltà tiegħek int turiha f’kollox.+   Int taħkem fuq il-​baħar meta jitlaʼ;+Meta jgħolli l-​mewġ tiegħu int tikkalmah.+ 10  Farrakt lil Raħab,*+ bħal xi ħadd maqtul.+Bi driegħek b’saħħtu xerridt l-​għedewwa tiegħek.+ 11  Tiegħek is-​sema,+ u l-​art tiegħek ukoll;+L-​art produttiva u kulma fiha+—int sejjisthom.+ 12  It-tramuntana u n-​nofsinhar—int ħlaqthom;+It-​Tabor+ u l-​Ħermon+ jgħajtu bil-​ferħ u jfaħħru ismek.+ 13  Driegħ setgħan għandek int,+Idek b’saħħitha,+Lemintek fl-​għoli.+ 14  Fuq is-​sewwa u l-​ġudizzju hu stabbilit it-​tron tiegħek;+Il-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità jidħlu quddiemek.+ 15  Henjin in-​nies li jafu x’inhu l-​għajat ferrieħi.+O Ġeħova, fid-​dawl taʼ wiċċek jibqgħu mexjin.+ 16  Minħabba ismek jifirħu l-​jum kollu+U bis-​sewwa tiegħek jitgħollew.+ 17  Għax int il-​ġmiel tas-​saħħa tagħhom;+U peress li tapprovana jitgħolla l-​qarn* tagħna.+ 18  Għax it-​tarka tagħna hi taʼ Ġeħova,+U s-​sultan tagħna hu tal-​Qaddis taʼ Israel.+ 19  Dak iż-​żmien int tkellimt f’viżjoni mal-​leali tiegħek,+U għedtilhom:“Jien tajt l-​għajnuna lil wieħed setgħan;+Eżaltajt lil wieħed magħżul minn fost il-​poplu.+ 20  Sibt lil David il-​qaddej tiegħi;+Biż-​żejt qaddis tiegħi dliktu,+ 21  U idi se tkun miegħu u tkun soda,+U driegħi se jsaħħu wkoll.+ 22  Ebda għadu ma se jitlob bil-​jedd xi ħaġa mingħandu,+U ħadd minn ulied l-​inġustizzja ma se jġiegħlu jsofri.+ 23  Jien farrakt lill-​avversarji tiegħu minn quddiemu,+U bqajt insawwat lil dawk li tant jobogħduh.+ 24  Il-fedeltà u l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħi huma miegħu,+U b’ismi jitgħolla l-​qarn tiegħu.+ 25  Fuq il-​baħar qegħedtlu idu+U fuq ix-​xmajjar idu l-​leminija.+ 26  Hu jgħajjatli, ‘Int Missieri,+Alla tiegħi+ u l-​Blata tas-​salvazzjoni tiegħi.’+ 27  U jien inqiegħdu bħala l-​ewwel imwieled,+L-​ogħla wieħed mis-​slaten taʼ l-​art.+ 28  Il-qalb tajba bl-​imħabba tiegħi lejh se nżommha għal dejjem,+U l-​patt tiegħi jibqaʼ fidil lejh.+ 29  U jien nistabbilixxi lil nislu għal dejjem+U jiem it-​tron tiegħu jkunu daqs jiem is-​sema.+ 30  Jekk uliedu jitilqu l-​liġi tiegħi+U ma jimxux mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ 31  Jekk ikasbru l-​istatuti tiegħiU ma jħarsux il-​kmandamenti tiegħi, 32  Jien ukoll nitlob kont minnhom għall-​ksur tal-​liġi tagħhom bil-​ħatar+U għall-​iżball tagħhom bis-​swat.+ 33  Imma l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħi m’iniex se nwarrabha minnu,+Lanqas ma se nikser il-​fedeltà tiegħi.+ 34  M’iniex se nkasbar il-​patt tiegħi,+U l-​kelma taʼ xofftejja ma nbiddilhiex.+ 35  Darba ħlift bi qdusiti,+Li lil David ma ngħidlux gideb.+ 36  Nislu jkun għal dejjem,+U t-​tron tiegħu bħax-​xemx quddiemi.+ 37  Bħall-qamar ikun stabbilit fis-​sod għal dejjem,U bħal xhud fidil fis-​smewwiet.” Sela. 38  Imma int—int warrabt u tibqaʼ tiddisprezza;+Imtlejt b’rabja qalila għall-​midluk tiegħek.+ 39  Int stmerrejt il-​patt mal-​qaddej tiegħek;Kasbart id-​dijadema tiegħu billi tfajtha maʼ l-​art.+ 40  Ġarraft l-​imqawel tal-​ġebel kollha tiegħu;+Għamilt ħerba mill-​fortifikazzjonijiet tiegħu.+ 41  Dawk kollha li kienu għaddejjin mit-​triq ħarbtuh;+Sar oġġett taʼ żebliħ għall-​ġirien tiegħu.+ 42  Int għollejt il-​leminija taʼ l-​avversarji tiegħu;+Ferraħt lill-​għedewwa kollha li għandu.+ 43  Iktar minn hekk, int tqis sejfu bħala għadu,+U ma ħallejtux jirnexxi fil-​battalja.+ 44  Tfejtlu d-​dija tiegħu,+U t-​tron tiegħu xħettu maʼ l-​art.+ 45  Qassart jiem żgħożitu;Geżwirtu fl-​għajb.+ Sela. 46  Kemm se ddum tinħeba, O Ġeħova? Għal dejjem?+Il-​korla tiegħek se tibqaʼ taqbad bħal nar?+ 47  Ftakar x’tul taʼ ħajja għandi.+Għalxejn ħlaqthom lill-​ulied kollha tal-​bnedmin?+ 48  Liema raġel b’saħħtu hemm ħaj li mhux se jara l-​mewt?+Jistaʼ hu jeħles ruħu minn id il-​Qabar?*+ Sela. 49  Fejn huma l-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba li għamilt qabel, O Ġeħova,Li dwarhom ħlift lil David bil-​fedeltà tiegħek?+ 50  Ftakar, O Ġeħova, it-​tmaqdir fuq il-​qaddejja tiegħek,+It-​tmaqdir taʼ ħafna popli li jien ġarrejt fi ħdani,+ 51  Kif l-​għedewwa tiegħek maqdru, O Ġeħova,+Kif maqdru kull pass tal-​midluk tiegħek.+ 52  Ikun imbierek Ġeħova għal dejjem. Amen u Amen.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.
X’aktarx li qed jirreferi għall-​Eġittu jew għall-​Fargħun tiegħu.
Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.”