Salmi 88:1-18

Għanja, melodija taʼ wlied Koraħ. Lid-​direttur fuq Maħalat* biex jingħataw tweġibiet. Maskil* taʼ Ħeman+ l-​Eżraħi. 88  O Ġeħova, l-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi,+Bi nhar għajjatt,+U bil-​lejl ukoll għajjatt quddiemek.+   Iva, quddiemek se tasal it-​talba tiegħi.+Mejjel widintek għall-​għajat tiegħi bil-​ħrara.+   Għax ruħi kellha biżżejjed inkwiet,+U ħajti ġiet viċin il-​Qabar.*+   Ġejt magħdud maʼ dawk li neżlin fil-​ħofra;+Sirt bħal raġel b’saħħtu li telqitlu saħħtu,+   Meħlus bħall-​mejtin,+Bħall-​maqtulin mimdudin f’post id-​dfin,+Li m’għadekx tiftakarhomU li huma maqtugħin mill-​għajnuna taʼ idek.+   Int tfajtni f’ħofra mill-​iktar fonda,F’postijiet mudlama, f’abbiss kbir ħafna.+   Fuqi tfajt il-​korla tiegħek,+U bil-​ħalel kbar kollha tiegħek għakkistni.+ Sela.   Int begħedt minni lil dawk li jafuni;+Għamiltni xi ħaġa mistkerrha ferm għalihom.+Jien magħluq u ma nistax noħroġ.+   Għajnejja ntfew minħabba s-​sofferenza tiegħi.+Sejjaħtlek, O Ġeħova, il-​jum kollu;+Lejk ftaħt idejja fit-​talb.+ 10  Jaqaw mal-​mejtin se tagħmel xi meravilji?+Jew dawk bla qawwa fil-​mewt se jqumu,+Se jfaħħruk?+ Sela. 11  Sejra l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek tixxandar f’post id-​dfin,Il-​fedeltà tiegħek f’post il-​qerda?+ 12  Se jkunu l-​meravilji tiegħek magħrufin fid-​dlam,+Jew is-​sewwa tiegħek f’art il-​minsijin?+ 13  U madankollu jien lilek għajjatt għall-​għajnuna, O Ġeħova,+U kull fil-​għodu t-​talba tiegħi tibqaʼ tasal quddiemek.+ 14  O Ġeħova, għala warrabtni?+Għala żżomm wiċċek mistur minni?+ 15  Jien qed insofri u ili f’ħalq il-​mewt sa minn tfuliti;+Issaportejt ħafna affarijiet tal-​biżaʼ mingħandek.+ 16  Ir-rabja taħraq tiegħek għaddiet tleħħ minn fuqi;+It-​twerwir li ġibt fuqi sikkitni.+ 17  Dawruni l-​jum kollu bħal ilmijiet;+Għalquni kollha f’daqqa minn kull naħa. 18  Int begħedt minni lil ħabibi u lil sieħbi;+Jafni biss il-​post mudlam.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 53:Sopr, in-​nota taʼ taħt.
Ara Sa 32:Sopr, in-​nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.”