Salmi 86:1-17

Talba taʼ David. 86  Mejjel widintek, O Ġeħova. Wiġibni,+Għax jien qed insofri u fqir.+   Ħarisli ruħi, għax jien leali.+Int Alla tiegħi—salva lill-​qaddej tiegħek li qed jafda fik.+   Ħenn għalija, O Ġeħova,+Għax lilek insejjaħ il-​jum kollu.+   Ferraħ ruħ il-​qaddej tiegħek,+Għax lilek nitlob u noffri ruħi,+ O Ġeħova.   Għax int, O Ġeħova, tajjeb+ u lest li taħfer;+U l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi abbundanti maʼ dawk kollha li jsejħulek.+   Agħti widen, O Ġeħova, għat-​talba tiegħi;+U agħti kas leħni meta nitolbok bil-​ħrara.+   F’jum in-​niket tiegħi nsejjaħlek,+Għax int twiġibni.+   M’hemm ħadd bħalek fost l-​allat, O Ġeħova,+Lanqas m’hemm għemejjel bħal tiegħek.+   Il-ġnus kollha li int għamilt se jiġu+U jmilu quddiemek, O Ġeħova,+U jagħtu glorja lil ismek.+ 10  Għax int kbir u qed tagħmel affarijiet taʼ l-​għaġeb;+Int Alla, int biss.+ 11  Istruwini, O Ġeħova, dwar triqtek.+Jien se nimxi fil-​verità tiegħek.+Agħtini qalb sħiħa biex nibżaʼ minn ismek.+ 12  Infaħħrek, O Ġeħova Alla tiegħi, b’qalbi kollha,+U nigglorifika lil ismek għal dejjem, 13  Għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hija kbira miegħi,+U int ħlistli ruħi mill-​Qabar,* mill-​iktar post baxx tiegħu.+ 14  O Alla, il-​prużuntużi qamu kontrija;+U l-​ġemgħa tat-​tiranni pprovaw jiħduli ħajti,+U ma ġabux lilek quddiemhom.+ 15  Imma int, O Ġeħova, int Alla ħanin u grazzjuż,+Bil-​mod biex tirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità.+ 16  Dur lejja u ħenn għalija.+Agħti s-​saħħa tiegħek lill-​qaddej tiegħek,+U salva lil bin l-​ilsira tiegħek.+ 17  Wettaq miegħi sinjal li juri tjubitek,Biex dawk li jobogħduni jarawh u jistħu.+Għax int innifsek, O Ġeħova, għentni u farraġtni.+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”