Salmi 84:1-12

Għad-​direttur. Fuq il-​Gittit.*+ Taʼ wlied Koraħ. Melodija. 84  Kemm hu sabiħ it-​tabernaklu grandjuż tiegħek,+OĠeħova taʼ l-​armati!+   Ruħi xxennqet u nfniet għall-​btieħi taʼ Ġeħova.+Qalbi u ġismi jgħajtu bil-​ferħ lill-​Alla l-​ħaj.+   Anki l-​għasfur sab dar,U l-​ħuttafa sabet bejta għaliha,Fejn poġġiet iż-​żgħar tagħha—L-​artal grandjuż tiegħek, O Ġeħova taʼ l-​armati, Sultan tiegħi u Alla tiegħi!   Henjin dawk li jgħammru f’darek!+Huma jibqgħu jfaħħruk.+ Sela.   Henjin il-​bnedmin li s-​saħħa tagħhom ġejja mingħandek,+Li qalbhom tixxennaq biex tkun fit-​toroq lejn darek.+   Meta jgħaddu mill-​wied xott fejn jikbru s-​siġar tal-​baka,*+Huma jibdluh f’nixxiegħa;Bil-​barkiet jitlibbes dak li jistruwihom.+   Huma jibqgħu mexjin minn enerġija kbira għal enerġija kbira;+Kull wieħed minnhom jidher quddiem Alla f’Sijon.+   O Alla Ġeħova taʼ l-​armati, ismaʼ t-​talba tiegħi;+Agħti widen, O Alla taʼ Ġakobb.+ Sela.   O tarka tagħna, ħares, O Alla,+U ara wiċċ il-​midluk tiegħek.+ 10  Għax jum wieħed fil-​btieħi tiegħek aħjar minn elf band’oħra.+Jien għażilt li noqgħod fuq l-​għatba tad-​dar t’Alla tiegħi+Minflok ma ndur fit-​tined tal-​ħażen.+ 11  Għax Alla Ġeħova hu xemx+ u tarka;+Approvazzjoni u glorja jagħti.+Ġeħova mhux se jżomm lura xi ħaġa tajba minn dawk li jimxu mingħajr nuqqas.+ 12  O Ġeħova taʼ l-​armati, hieni l-​bniedem li jafda fik.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 8:Sopr, in-​nota taʼ taħt.
Ara t-​2Sa 5:23, in-​nota taʼ taħt.