Salmi 83:1-18

Għanja. Melodija t’Asaf.+ 83  O Alla, ħa ma jkunx hemm skiet min-​naħa tiegħek;+Tibqax imbikkem, u tibqax kwiet, O Divin.+   Għax, ara, l-​għedewwa tiegħek qamu f’rewwixta;+U dawk mimlijin mibegħda għalik refgħu rashom.+   B’makakkerija huma jkomplu jgħidu diskors kunfidenzjali kontra l-​poplu tiegħek;+U jikkonfoffaw kontra dawk li int ħbejt.+   Qalu: “Ejjew ħa nqaċċtuhom darba għal dejjem u ma jibqgħux ġens iżjed,+Biex l-​isem taʼ Israel ma jitfakkarx iktar.”+   Għax b’qalbhom kollha u f’unità kkonsultaw flimkien;+Għamlu patt kontrik,+   It-tined t’Edom+ u l-​Ismagħelin, Mowab+ u l-​Ħagrin,+   Gebal u Għammon+ u Għamalek,Il-​Filistja+ flimkien maʼ l-​abitanti taʼ Tir.+   Anki l-​Assirja ssieħbet magħhom;+Saru driegħ għal ulied Lot.*+ Sela.   Agħmlilhom kif għamilt lil Midjan,+ kif għamilt lil Sisera,+Kif għamilt lil Ġabin+ fil-​wied* taʼ Kison.+ 10  Huma nqerdu għalkollox f’Għajn-dor;+Saru demel għall-​art.+ 11  U lin-​nobbli tagħhom, agħmilhom bħal Għoreb u bħal Żeb,+U lid-​duki kollha tagħhom bħal Żebaħ u bħal Salmunna,+ 12  Li qalu: “Ejjew nieħdu taħt idejna l-​postijiet fejn jgħammar Alla.”+ 13  O Alla tiegħi, agħmilhom bħal ħaxix niexef maqbud fi tromba tar-​riħ,+Bħal tiben* li jtir mar-​riħ.+ 14  Bħal nar li jaħraq il-​foresta+U bħal fjamma li tqabbad il-​muntanji,+ 15  Hekk iġri warajhom int bil-​maltempata tiegħek+U fixkilhom bir-​riħ tat-​tempesta tiegħek.+ 16  Iksilhom wiċċhom bid-​diżunur,+Sabiex in-​nies ifittxu lil ismek, O Ġeħova.+ 17  Ħa jistħu u jitħawdu għal dejjem,+U ħa jiġu avviliti u jgħibu;+ 18  Biex in-​nies ikunu jafu+ li int, li ismek hu Ġeħova,+Int waħdek l-​Iktar Għoli+ fuq l-​art kollha.+

Noti taʼ taħt

Hawnhekk jirreferi għall-​Mowabin u l-​Għammonin f’versi 6 u 7.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.