Salmi 82:1-8

Melodija t’Asaf. 82  Alla qagħad fil-​ġemgħa+ tad-​Divin;+F’nofs l-​allat hu jiġġudika:+   “Kemm se ddumu tiġġudikaw b’inġustizzja+U turu parzjalità maʼ dawk mill-​agħar?+ Sela.   Kunu mħallfin għall-​batut u għat-​tifel bla missier.+Agħmlu ġustizzja mal-​magħkus u dak taʼ ftit mezzi.+   Eħilsu lill-​batut u lill-​fqir;+Eħilsuhom minn id in-​nies mill-​agħar.”+   Huma ma jafu xejn, u ma jifhmux;+Jibqgħu mexjin ’l hemm u ’l hawn fid-​dlam;+Is-​sisien kollha taʼ l-​art qed jitħarrku.+   “Jien stess għedt, ‘Intom allat,+U lkoll kemm intom ulied l-​Iktar Għoli.+   Żgur se tmutu bħalma jmutu l-​bnedmin;+U bħal kwalunkwe prinċep taqgħu!’”+   Qum, O Alla, iġġudika l-​art;+Għax tiegħek huma l-​ġnus kollha.+

Noti taʼ taħt