Salmi 81:1-16

Lid-​direttur. Fuq il-​Gittit.*+ T’Asaf. 81  Għajtu bil-​ferħ lil Alla, is-​saħħa tagħna;+Għajtu bil-​ferħ għajat taʼ rebħa lill-​Alla taʼ Ġakobb.+   Għannulu għanja+ u aqbdu t-​tanburlin,+L-​arpa ħelwa flimkien maʼ l-​istrument tal-​korda.+   Nhar il-​qamar ġdid, doqqu l-​qarn;+Nhar il-​qamar kwinta, għal jum il-​festa tagħna.+   Għax dan huwa regolament għal Israel,+Deċiżjoni ġudizzjarja taʼ l-​Alla taʼ Ġakobb.   Hu taha lil Ġużeppi bħala tfakkira,+Meta kien għaddej mill-​art taʼ l-​Eġittu.+Bqajt nismaʼ lingwa li ma kontx naf.+   “Jien iffrankajtlu t-​tagħbija minn fuq spalltu;+Idejh ħelsu mill-​qoffa.+   Fin-niket int sejjaħt, u jien salvajtek;+Wiġibtek mill-​post mistur tar-​ragħad.+Eżaminajtek ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba.+ Sela.   Ismaʼ, O poplu tiegħi, u jien nixhed kontrik.+O Israel, li kieku tismaʼ minni!+   F’nofsok ma jkun hemm ebda alla stranġier;+U ma tmilx quddiem alla barrani.+ 10  Jien, Ġeħova, Alla tiegħek,+Li tellajtek mill-​art taʼ l-​Eġittu.+Iftaħ ħalqek beraħ, u jien nimlihulek.+ 11  Imma l-​poplu tiegħi ma semax minn leħni;+U Israel ma wera l-​ebda xewqa li jaqdini.+ 12  U għalhekk ħallejthom jitilqu fl-​ebusija taʼ qalbhom;+Imxew skond il-​pjanijiet tagħhom stess.+ 13  O li kieku l-​poplu tiegħi semaʼ minni,+O li kieku Israel mexa fi triqati!+ 14  Kieku malajr kont irrażżan lill-​għedewwa tagħhom+U ndawwar idi kontra l-​avversarji tagħhom.+ 15  Dawk mimlijin mibegħda għal Ġeħova se jiġu jitkaxkru quddiemu,+U żmienhom ikun għal żmien indefinit. 16  U se nibqaʼ nitmaʼ lill-​poplu tiegħi bl-​aqwa qamħ,*+U mill-​blat se nxebbgħek bl-​għasel.”+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 8:Sopr, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “bix-​xaħam tal-​qamħ.”