Salmi 80:1-19

Lid-​direttur. Fuq Il-​Ġilji.+ Tfakkira. T’Asaf.+ Melodija. 80  O Ragħaj taʼ Israel, agħti widen,+Int li qed tmexxi lil Ġużeppi bħal merħla.+O int li qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini,+ uri d-​dija tiegħek.+   Quddiem Efrajm u Benjamin u Manasse uri s-​setgħa tiegħek,+U ejja salvana.+   O Alla, reġġagħna għal li konna;+U dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+   O Alla Ġeħova taʼ l-​armati, kemm trid iddum inkorlat u ma tismax it-​talb tal-​poplu tiegħek?+   Int ġegħelthom jieklu l-​ħobż tad-​dmugħ,+U tibqaʼ ġġegħelhom jixorbu dmugħ fuq dmugħ fi kwantità kbira.+   Int tagħmilna l-​kaġun tal-​ġlied bejn il-​ġirien tagħna,+U l-​għedewwa tagħna joqogħdu jiddieħqu bina kif jogħġobhom.+   O Alla taʼ l-​armati, reġġagħna għal li konna;+U dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+   Int ġegħelt dielja titlaq mill-​Eġittu.+Keċċejt lill-​ġnus, biex tħawwel lilha.+   Naddaftilha l-​art,+ biex din tkun tistaʼ tqabbad l-​għeruq u timla l-​pajjiż.+ 10  Il-muntanji tgħattew bid-​dell tagħha,U ċ-​ċedri t’Alla bil-​friegħi tagħha.+ 11  Bil-mod il-​mod firxet il-​friegħi tagħha sal-​baħar,+U ż-​żraġen tagħha sax-​Xmara.*+ 12  Għala ġarraftilha l-​ħitan tal-​ġebel?+U għalfejn kulmin kien għaddej minn ħdejha fit-​triq qatgħalha l-​frott?+ 13  Ħanżir salvaġġ joħroġ mill-​bosk u joqgħod igerrimha,+U l-​qtajjaʼ taʼ l-​annimali tar-​rabaʼ jieklu minnha.+ 14  O Alla taʼ l-​armati, erġaʼ lura, jekk jogħġbok;+Ħares ’l isfel mis-​sema, u ara u ħu ħsieb din id-​dielja,+ 15  U l-​fergħa li ħawlet idek il-​leminija,+U ħares lejn ir-​rimja li int saħħaħt għalik innifsek.+ 16  Ġiet maħruqa bin-​nar, tqaċċtet.+Biċ-​ċanfira taʼ wiċċek jgħibu.+ 17  Ħa tkun idek fuq il-​bniedem taʼ lemintek,+Fuq bin il-​bnedmin li int saħħaħt għalik innifsek,+ 18  U aħna m’aħniex se nduru lura minn miegħek.+Żommna ħajjin, sabiex inkunu nistgħu nsejħu ismek.+ 19  O Alla Ġeħova taʼ l-​armati, reġġagħna għal li konna;+Dawwal wiċċek, biex inkunu nistgħu nsalvaw.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​Ewfrat.