Salmi 79:1-13

Melodija t’Asaf. 79  O Alla, il-​ġnus daħlu f’wirtek;+Niġġsu t-​tempju qaddis tiegħek;+Għamlu lil Ġerusalemm ħerba sħiħa.+   L-iġsma mejtin tal-​qaddejja tiegħek tawhom bħala ikel lit-​tjur tas-​smewwiet,+Il-​laħam tal-​leali tiegħek lill-​bhejjem salvaġġi taʼ l-​art.+   Huma ferrgħulhom demmhom bħal ilmaMadwar Ġerusalemm kollha, u m’hemmx min jidfen.+   Sirna oġġett taʼ żebliħ għall-​ġirien tagħna,+Taċ-​ċajt u tad-​daħq sirna għal dawk taʼ madwarna.+   O Ġeħova, kemm se ddum mgħaddab? Għal dejjem?+Kemm se ddum ir-​rabja tiegħek taqbad bħal nar?+   Ferraʼ l-​korla tiegħek fuq il-​ġnus li ma jafukx,+U fuq is-​saltniet li ma sejħux ismek.+   Għax huma belgħu lil Ġakobb,+U l-​post fejn jgħammar għamluh ħerba.+   Iżżommx kontrina l-​iżbalji taʼ l-​antenati tagħna.+Għaġġel! Urina l-​ħniniet tiegħek,+Għax infnejna għall-​aħħar.+   Għinna, O Alla tas-​salvazzjoni tagħna,+Minħabba l-​glorja taʼ ismek;+U eħlisna u għatti dnubietna minħabba ismek.+ 10  Għala għandhom il-​ġnus jgħidu: “Fejn hu Alla tagħhom?”+Ħa jkunu jafu l-​ġnus, quddiem għajnejna,+Li int titħallas tad-​demm li xxerred tal-​qaddejja tiegħek.+ 11  Ħa jasal quddiemek it-​tnehid tal-​priġunieri.+Bil-​kobor taʼ driegħek żomm ħajjin lil dawk li qatgħuhielhom għall-​mewt.+ 12  U lill-​ġirien tagħna ħallashom lura sebaʼ darbiet fi ħdanhom+Għat-​tmaqdir li maqdruk bih, O Ġeħova.+ 13  Imma min-​naħa tagħna, bħala l-​poplu tiegħek u l-​merħla tal-​mergħa tiegħek,+Se nirringrazzjawk għal dejjem;Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni nxandru tifħirek.+

Noti taʼ taħt