Salmi 78:1-72
Maskil.* T’Asaf.+
78 O poplu tiegħi, agħti widen għal-liġi tiegħi;+
Mejjel widintek għal kliem fommi.+
2 Bil-qwiel se niftaħ fommi;+
Se ngħid ħaġa moħġaġa taʼ żmien twil ilu.+
3 Dawn aħna smajniehom u nafu bihom,+
U qaluhomlna missirijietna;+
4 U ma naħbuhomx minn uliedhom,+
Għax ngħiduhom lill-ġenerazzjoni li ġejja,+
L-għemejjel taʼ Ġeħova li jistħoqqilhom tifħir u s-saħħa tiegħu+
U l-għeġubijiet li għamel.+
5 Hu waqqaf tfakkira f’Ġakobb,+
U stabbilixxa liġi f’Israel,+
Affarijiet li kkmanda lil missirijietna,+
Biex jgħarrfuhom lil uliedhom;+
6 Sabiex tkun taf bihom il-ġenerazzjoni taʼ wara, l-ulied li kellhom jitwieldu,+
U dawn ikunu jistgħu jqumu u jgħiduhom lil uliedhom,+
7 U jkunu jistgħu jqiegħdu l-fiduċja tagħhom f’Alla+
U ma jinsewx x’għamel Alla+ imma josservaw il-kmandamenti tiegħu.+
8 B’hekk, ma jsirux bħal missirijiethom,+
Ġenerazzjoni rasha iebsa u ribelluża,+
Ġenerazzjoni li ma ħejjietx qalbha+
U li ma wrietx spirtu taʼ fedeltà m’Alla.+
9 Ulied Efrajm, għalkemm kienu armati biex jisparaw il-qaws,+
Irtiraw f’jum il-ġlied.+
10 Ma ħarsux il-patt t’Alla,+
U ma ridux jimxu mal-liġi tiegħu.+
11 Bdew ukoll jinsew kif aġixxa+
U l-għemejjel taʼ l-għaġeb tiegħu li wriehom.+
12 Quddiem missirijiethom hu kien għamel il-meravilji+
Fl-art taʼ l-Eġittu,+ it-territorju taʼ Sogħan.+
13 Feraq il-baħar, biex iħallihom jgħaddu,+
U waqqaf l-ilmijiet bħal ħajt.+
14 Kompla jmexxihom permezz taʼ sħaba bi nhar+
U b’dawl tan-nar tul il-lejl kollu.+
15 Qasam il-blat fix-xagħri,+
Biex jagħtihom jixorbu bl-abbundanza bħal taʼ ilmijiet fondi.+
16 Ħareġ nixxigħat mill-blat+
U niżżel ilmijiet bħal xmajjar.+
17 Iżda huma xorta baqgħu jidinbu kontrih+
Billi rribellaw kontra l-Iktar Għoli fir-reġjun bla ilma;+
18 U f’qalbhom għaddew lil Alla minn prova+
Billi talbu xi ħaġa x’jieklu skond ix-xewqa tagħhom.+
19 U bdew jitkellmu kontra Alla.+
Qalu: “Kapaċi Alla jħejjilna mejda fix-xagħri?”+
20 Ara! Hu ta daqqa fuq blata+
Biex l-ilmijiet igelglu u l-widien ifuru.+
“Għandu hu l-ħila jagħtina l-ħobż,+
Jew jistaʼ jħejji l-ikel għall-poplu tiegħu?”+
21 Kien għalhekk li Ġeħova semaʼ u rrabja bil-kbir;+
U nar xegħel għal Ġakobb,+
U qamet rabja għal Israel.+
22 Għax ma poġġewx il-fidi tagħhom f’Alla,+
U ma fdawx fis-salvazzjoni permezz tiegħu.+
23 Hu kkmanda s-sema msaħħab t’hemm fuq,
U fetaħ bwieb is-sema.+
24 U baqaʼ jitfaʼ xita taʼ manna fuqhom biex jieklu,+
U tahom il-qmuħ tas-sema.+
25 Il-bnedmin kielu l-ħobż tas-setgħanin;+
Bagħtilhom provvisti bix-xabaʼ.+
26 Qajjem riħ mil-lvant fis-smewwiet+
U bis-saħħa tiegħu ġiegħel riħ jonfoħ min-nofsinhar.+
27 Niżżel fuqhom xita taʼ ikel bħat-trab,+
Iva, tjur bħar-ramel taʼ l-ibħra.+
28 U ħalliehom jaqgħu f’nofs il-kamp tiegħu,+
Madwar it-tabernakli tiegħu.+
29 U kielu u xebgħu fuq li xebgħu,+
U dak li xtaqu ġabhulhom.+
30 Iżda xorta baqgħu xewqanin,
Waqt li kienu għadhom bl-ikel f’ħalqhom,+
31 Meta qamet il-korla t’Alla kontrihom.+
U qatlilhom il-qawwijin fosthom;+
U waqqaʼ maʼ l-art lill-irġiel żgħażagħ taʼ Israel.
32 Minkejja dan kollu komplew jidinbu+
U ma poġġewx il-fidi tagħhom fl-għemejjel taʼ l-għaġeb tiegħu.+
33 Għalhekk, temmilhom jiemhom bħallikieku sempliċi nifs,+
U sninhom intemmew għal għarrieda bit-twerwir.
34 Kull darba li kien joqtolhom, kienu jistaqsu għalih,+
U jerġgħu lura u jfittxu lil Alla.+
35 U kienu jiftakru li Alla kien il-Blata tagħhom,+
U li l-Alla l-Iktar Għoli kien il-Vendikatur tagħhom.+
36 U pprovaw iqarrqu bih b’fommhom;+
U bi lsienhom ipprovaw jigdbulu.+
37 Qalbhom ma kinitx soda miegħu;+
U ma wrewx fedeltà lejn il-patt tiegħu.+
38 Imma hu kien ħanin;+ kien jgħatti l-iżball+ u ma jġibx ħerba fuqhom.+
Ħafna drabi reġġaʼ lura r-rabja tiegħu,+
U ma kienx iħalli l-korla tiegħu tixgħel għalkollox.
39 U baqaʼ jżomm f’moħħu li huma kienu tal-laħam,+
Li l-ispirtu joħroġ u ma jerġax lura.+
40 Kemm-il darba rribellaw kontrih fix-xagħri,+
Ġegħluh iħossu mweġġaʼ fid-deżert!+
41 Darba wara l-oħra għaddew lil Alla minn prova,+
U weġġgħu lill-Qaddis taʼ Israel.+
42 Ma ftakrux f’idu,+
Fil-jum li fdiehom mill-avversarju,+
43 Fis-sinjali li għamel fl-Eġittu+
U l-mirakli tiegħu fit-territorju taʼ Sogħan;+
44 U kif biddel f’demm il-kanali tagħhom tan-Nil,+
U b’hekk ma setgħux jixorbu min-nixxigħat tagħhom.+
45 Bagħat fuqhom id-dubbien, biex iqattgħuhom;+
U ż-żrinġijiet, biex iħarbtuhom.+
46 U ta l-uċuħ tar-rabaʼ tagħhom lill-wirdien,
U t-taħbit tagħhom lill-ġurati.+
47 Qatlilhom id-dwieli bis-silġ+
U s-siġar tal-ġummajż bil-biċċiet tas-silġ.+
48 U ta l-bhejjem tat-tagħbija tagħhom f’idejn is-silġ+
U l-bhejjem l-oħrajn f’idejn il-mard qattiel.
49 Bagħat fuqhom ir-rabja taħraq tiegħu,+
Il-qilla u l-kundanna u n-niket,+
Delegazzjonijiet t’anġli li jġibu l-gwaj.+
50 Ħejja passaġġ għar-rabja tiegħu.+
Ma ħelsilhomx ruħhom mill-mewt;
U ħajjithom taha f’idejn il-pesta.+
51 Fl-aħħarnett qatel lill-ewwel imweldin kollha fl-Eġittu,+
Il-bidu tal-qawwa riproduttiva tagħhom fit-tined taʼ Ħam.+
52 Imbagħad ġiegħel lin-nies tiegħu jitilqu bħal nagħaġ,+
U mexxiehom bħal merħla fix-xagħri.+
53 U baqaʼ jmexxihom fis-sigurtà, u ma ħassewhomx imkexkxin;+
U l-baħar għatta lill-għedewwa tagħhom.+
54 U ġabhom fit-territorju qaddis tiegħu,+
Dan ir-reġjun muntanjuż miksub b’lemintu.+
55 U minħabba fihom keċċa lill-ġnus bil-mod il-mod,+
U qassmilhom il-wirt bil-ħabel tal-kejl,+
U ra li t-tribujiet taʼ Israel jgħammru fi djarhom stess.+
56 U huma bdew jgħaddu minn prova lil Alla l-Iktar Għoli u jirribellaw kontrih,+
U t-tfakkiriet tiegħu ma żammewhomx.+
57 Kemm-il darba reġaʼ darilhom u aġixxew bi tradiment bħal missirijiethom;+
Kienu mgħawġin bħal qaws merħi.+
58 U baqgħu joffenduh bil-postijiet tagħhom għall-qima,*+
U bix-xbihat minquxin tagħhom baqgħu jqanqluh għall-għira.*+
59 Alla semaʼ+ u mtela b’rabja qalila,+
U għalhekk lil Israel stmerru ferm.+
60 U fl-aħħar abbanduna t-tabernaklu* taʼ Silo,+
It-tinda li għammar fiha fost il-bnedmin.+
61 U ta s-saħħa tiegħu f’idejn il-jasar+
U l-ġmiel tiegħu f’idejn l-avversarju.+
62 U baqaʼ jagħti lill-poplu tiegħu f’idejn is-sejf,+
U mtela b’rabja qalila għal wirtu.+
63 Lill-ġuvintur tiegħu belagħhom in-nar,
U x-xebbiet tiegħu ma ġewx imfaħħrin f’għanjiet taż-żwieġ.+
64 Il-qassisin tiegħu waqgħu bis-sejf,+
U r-romol tagħhom ma bkewhomx.+
65 Imbagħad Ġeħova beda jistenbaħ bħallikieku mill-irqad,+
Bħal wieħed setgħan li qed jiġi f’sensih mill-inbid.+
66 U darab lill-avversarji tiegħu minn warajhom;+
Tefaʼ fuqhom tmaqdir għal żmien indefinit.+
67 U ċaħad lit-tinda taʼ Ġużeppi;+
U lit-tribù t’Efrajm m’għażlux.+
68 Imma għażel lit-tribù taʼ Ġuda,+
Il-Muntanja Sijon, li hu kien iħobb.+
69 U beda jibni s-santwarju tiegħu bħall-qċaċet taʼ l-għoljiet,+
Bħall-art li hu sejjes għal dejjem.*+
70 U b’hekk għażel lil David il-qaddej tiegħu+
U ħadu mill-imqawel tal-merħla.+
71 Minn wara n-nagħaġ ireddgħu+
Ġabu biex ikun ragħaj fuq Ġakobb il-poplu tiegħu+
U fuq Israel il-wirt tiegħu.+
72 U beda jirgħahom skond l-integrità taʼ qalbu,+
U bis-sengħa taʼ idejh beda jmexxihom.+