Salmi 77:1-20

Lid-​direttur. Fuq Ġedutun.* T’Asaf.+ Melodija. 77  B’leħni se ngħajjat lil Alla,+B’leħni ngħajjat lil Alla, u hu jagħtini widen.+   F’jum in-​niket tiegħi fittixt lil Ġeħova.+Bil-​lejl idi baqgħet maħruġa ’l barra lejk bla ma raqditli;Ruħi ma riditx titfarraġ.+   Se niftakar f’Alla u nħossni mħawwad;+Nikkunsidra l-​affarijiet u l-​ispirtu tiegħi jinfena.+ Sela.   Int żammejtli xfar għajnejja miftuħin;+Inħossni aġitat, u ma nistax nitkellem.+   Ħsibt dwar il-​jiem taʼ żmien twil ilu,+Dwar is-​snin taʼ l-​imgħoddi.   Bil-lejl se niftakar fil-​mużika tiegħi fuq il-​kordi;+Se nikkunsidra l-​affarijiet minn qalbi,+U l-​ispirtu tiegħi jfittex bir-​reqqa.   Se jibqaʼ Ġeħova jwarrabna għal dejjem,+U qatt iktar ma se jerġaʼ jkun kuntent bina?+   Il-qalb tajba bl-​imħabba tiegħu spiċċat għal dejjem?+Kliemu se jisfa fix-​xejn+ minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni?   Nesa Alla juri qalb tajba?+Jew fir-​rabja għalaq hu l-​ħniniet tiegħu?+ Sela. 10  Għandi jien nibqaʼ ngħid: “Dan hu li jferini:+Li l-​leminija taʼ l-​Iktar Għoli m’għadhiex l-​istess magħna”?+ 11  Jien se niftakar dak li għamel Jah;+Iva, niftakar l-​għemejjel meraviljużi tiegħek taʼ żmien twil ilu.+ 12  U se nimmedita fuq l-​attività tiegħek kollha,+U nikkunsidra għemilek.+ 13  O Alla, triqtek hi fil-​post qaddis.+Min hu Alla kbir bħal Alla?+ 14  Int l-​Alla l-​veru, u tagħmel il-​meravilji.+Int għarraft is-​saħħa tiegħek lill-​popli.+ 15  Bi driegħek ħadt lura lill-​poplu tiegħek,+Ulied Ġakobb u Ġużeppi. Sela. 16  L-ilmijiet rawk, O Alla,L-​ilmijiet rawk; qabadhom uġigħ kbir.+U l-​ilmijiet fondi tqallbu.+ 17  Is-sħab riegħed u ferraʼ l-​ilma;+Is-​sema msaħħab karwat.U l-​vleġeġ tiegħek marru ’l hemm u ’l hawn.+ 18  Il-ħoss tar-​ragħad tiegħek kien bħat-​tkarwit tar-​roti taʼ karru;+Is-​sajjetti dawlu l-​art;+L-​art theżżet u bdiet titriegħed.+ 19  Minn ġol-​baħar għaddiet triqtek,+U l-​mogħdija tiegħek kienet minn bejn l-​ilmijiet;U l-​passi tiegħek ma kinux jidhru. 20  Int mexxejt lill-​poplu tiegħek bħal merħla,+Permezz taʼ id Mosè u Aron.+

Noti taʼ taħt

Ara Sa 39:Sopr, in-​nota taʼ taħt.