Salmi 76:1-12

Lid-​direttur. Fuq l-​istrumenti tal-​korda. Melodija. T’Asaf.+ Għanja. 76  Alla hu magħruf f’Ġuda;+F’Israel ismu hu kbir.+   Il-moħba tiegħu hi f’Salem,+U l-​post fejn jgħammar jinsab f’Sijon.+   Hemmhekk hu kisser il-​vleġeġ jaħarqu tal-​qaws,+It-​tarka u s-​sejf u l-​battalja.+ Sela.   Int imdawwar bid-​dawl, iktar maestuż mill-​muntanji mimlijin bl-​annimali tal-​priża.+   Dawk taʼ qalbhom qawwija ġew rovinati;+Ħadhom in-​ngħas u raqdu,+U ħadd mill-​irġiel qalbenin kollha ma kellu saħħa f’idejh.+   Biċ-ċanfira tiegħek, O Alla taʼ Ġakobb, kemm is-​sewwieq tal-​karru u kemm iż-​żiemel raqdu fil-​fond.+   Int—int tqanqal il-​biżaʼ,+U min jistaʼ jieqaf quddiemek minħabba s-​saħħa tar-​rabja tiegħek?+   Mis-sema int semmajt il-​ġudizzju;+L-​art beżgħet u qagħdet kwieta+   Meta Alla qam biex jiġġudika,+Biex isalva lill-​ġwejdin kollha taʼ l-​art.+ Sela. 10  Għax l-​istess korla tal-​bniedem se tfaħħrek;+Il-​bqija tal-​korla int se titħażżem biha. 11  Agħmlu wegħdi lil Ġeħova Alla tagħkom u rodduhom, intom ilkoll li qegħdin madwaru.+Ġibu għotja bil-​biżaʼ.+ 12  Hu se jumilja l-​ispirtu tal-​mexxejja;+Iqanqal il-​biżaʼ fis-​slaten taʼ l-​art.+

Noti taʼ taħt