Salmi 75:1-10

Lid-​direttur. “Tagħmilx ħerba.” Melodija. T’Asaf.+ Għanja. 75  Irroddulek ħajr, O Alla; irroddulek ħajr,+U qrib hu ismek.+Il-​bnedmin ikollhom jiddikjaraw l-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.+   “Għax jien għażilt żmien stabbilit;+U bdejt niġġudika b’mod rett.+   L-art u l-​abitanti kollha tagħha bdew idubu bil-​biżaʼ,+U kont jien li rranġajtilha l-​pilastri.”+ Sela.   Lill-boloh għedtilhom: “Tkunux boloh,”+U lil dawk mill-​agħar: “Tgħollux il-​qarn.*+   Tgħollux il-​qarn tagħkom fl-​għoli.Titkellmux b’mod* arroganti.+   Għax la mil-​lvant, la mill-​punent,U lanqas min-​nofsinhar ma se titgħollew.   Għax Alla hu l-​imħallef.+Lil dan ibaxxih, u lil dak jgħollih.+   Għax f’id Ġeħova hemm kies,+U l-​inbid qed jagħmel ir-​ragħwa, u t-​taħlita tiegħu qawwija.U żgur li sat-​tartru se jferraʼ minnu;Il-​ħżiena kollha taʼ l-​art se jixorbuh, se jniżżluh sa l-​inqas qatra.”+   Imma min-​naħa tiegħi, jien se nitkellem dwar dan għal dejjem;Se ngħanni lill-​Alla taʼ Ġakobb.+ 10  “Il-​qrun kollha tal-​ħżiena nqaċċathom.”+Imma l-​qrun tal-​ġust jitgħollew.+

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “b’għonq.”