Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Salmi 73:1-28

Melodija t’Asaf.+ 73  Alla hu tassew tajjeb maʼ Israel, maʼ dawk li għandhom qalbhom nadifa.+   Min-naħa tiegħi, saqajja kienu kważi żvijaw,+ Għal naqra ma żlaqtx fil-mixi tiegħi.+   Għax ġietni l-għira għall-faħħarin,+ Meta rajt il-paċi tal-ħżiena.+   Għax huma m’għandhomx weġgħat tal-mewt;+ U żaqqhom kbira.+   M’għandhomx it-taħbit bħall-bnedmin mortali,+ U m’humiex imsawtin bħal bnedmin oħrajn.+   Għalhekk, is-suppervja hi għalihom bħal ġiżirana;+ Il-vjolenza tgeżwirhom bħal libsa.+   Għajnejhom imqabbżin ’il barra bil-ħxuna;+ Huma jisbqu l-immaġinazzjoni tal-qalb.+   Iwaqqgħu għaċ-ċajt u jitkellmu fuq affarijiet ħżiena;+ Jitkellmu b’arroganza dwar kif jimbroljaw.+   Il-ftaħir tagħhom laħaq sas-smewwiet,+ U jiġġerrew maʼ l-art u jgħidu li jridu bi lsienhom.+ 10  Għalhekk, hu jġib lin-nies tiegħu lura hawnhekk, U l-ilmijiet mimlijin jitbattlu għalihom. 11  U qalu: “Induna Alla?+ L-Iktar Għoli jaf b’xi ħaġa?”+ 12  Ara! Dawn huma n-nies mill-agħar, li dejjem moħħhom mistrieħ.+ Huma żiedu l-mezz t’għajxien tagħhom.+ 13  Żgur li għalxejn naddaft qalbi+ U li naħsel idejja fl-innoċenza.+ 14  Ġejt imsawwat il-jum kollu+ U koreġut kull fil-għodu.+ 15  Kieku għedt: “Se nitkellem dwar dawn l-affarijiet,” Ara, kieku maʼ wliedek kollha Kont inkun qed naġixxi bi tradiment.+ 16  U jien bqajt nikkunsidra din il-ħaġa sabiex nifhimha;+ Imma kien diffiċli għalija, 17  Sakemm imbagħad dħalt fis-santwarju grandjuż t’Alla.+ Ridt nagħraf il-futur tagħhom.+ 18  Żgur tqegħedhom fuq art tiżloq.+ Int twaqqagħhom f’rovina.+ 19  O kif saru oġġett taʼ stagħġib f’daqqa waħda!+ Kif waslu fi tmiemhom, intemmew bi gwaj għal għarrieda! 20  Bħal ħolma malli wieħed jistenbaħ, O Ġeħova,+ Hekk int, meta tqum, se twarrab bi stmerrija x-xbieha tagħhom.+ 21  Għax qalbi kienet imtliet bl-imrar+ U l-kliewi tgħidx kemm weġġgħuni;+ 22  Ma bdejtx nirraġuna u ma kont naf xejn;+ Sirt bħall-bhejjem mill-ħarsa tiegħek.+ 23  Imma jien miegħek il-ħin kollu;+ Int qbadtli idi l-leminija.+ 24  Bil-parir tiegħek tmexxini,+ U mbagħad tiħodni lejn il-glorja.+ 25  Lil min għandi fis-smewwiet?+ U ħliefek m’għandi ebda għaxqa oħra fuq l-art.+ 26  Ġismi u qalbi ġew fix-xejn.+ Alla hu l-blata taʼ qalbi u s-sehem tiegħi għal dejjem.+ 27  Għax, ara, dawk li jżommu ’l bogħod minnek se jgħibu.+ Int se ssikket lil kulmin jaġixxi b’mod immorali billi jitilqek.+ 28  Imma min-naħa tiegħi, li nersaq qrib Alla huwa tajjeb għalija.+ Fil-Mulej Sovran Ġeħova stkennejt,+ Biex niddikjara l-għemejjel kollha tiegħek.+

Noti taʼ taħt