Salmi 72:1-20

Dwar Salamun. 72  O Alla, għallem lis-​sultan id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+U lil bin is-​sultan is-​sewwa tiegħek.+   Jalla jiddefendi l-​kawża tal-​poplu tiegħek bis-​sewwa+U tal-​magħkusin tiegħek b’ġudizzju ġust.+   Ħalli l-​muntanji jġorru l-​paċi lill-​poplu,+Kif ukoll l-​għoljiet, permezz tas-​sewwa.   Ħa jiġġudika lill-​magħkusin tal-​poplu,+U jsalva lil ulied il-​fqir.Ħa jfarrak lill-​imbroljun.   Huma jibqgħu jibżgħu minnek sakemm iddum ix-​xemx,+U sakemm ikun hemm qamar, minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+   Hu se jinżel bħax-​xita fuq il-​ħaxix maħsud,+Bħal ħalbiet spissi li jxarrbu l-​art.+   Fi żmienu l-​ġust jinbet,+U jkun hemm sliem kotran sa ma jintemm il-​qamar.+   Ikollu sudditi minn baħar sa baħar+U mix-​Xmara*+ sa truf l-​art.+   Quddiemu jmilu l-​abitanti tar-​reġjuni bla ilma,+U l-​għedewwa tiegħu jilagħqu t-​trab.+ 10  Is-slaten taʼ Tarsis u tal-​gżejjer+Se jġibu r-​rigali.+Is-​slaten taʼ Xeba u taʼ Seba—Se jġibu għotja.+ 11  Is-slaten kollha se jinxteħtu fl-​art quddiemu;+U l-​ġnus kollha, min-​naħa tagħhom, jaqduh.+ 12  Għax hu se jeħles lill-​fqir li jgħajjatlu għall-​għajnuna,+U lill-​magħkus u lil kulmin m’għandux min jgħinu.+ 13  Se jiddispjaċih għall-​batut u għall-​fqir,+U jsalva ħajjet il-​foqra.+ 14  Mill-moħqrija u mill-​vjolenza se jifdilhom ruħhom,U demmhom ikun prezzjuż f’għajnejh.+ 15  Ħa jgħix,+ u ħa jingħatalu ftit mid-​deheb taʼ Xeba.+U ħa jitolbu għalih bla heda;Ħa jkun imbierek il-​jum kollu.+ 16  Se jkun hemm ħafna qmuħ fuq l-​art;+Fuq il-​qċaċet tal-​muntanji jkun hemm iżżejjed.+Il-​ħsad tas-​sultan ikun kbir daqs il-​foresta tal-​Libanu,+U fil-​bliet in-​nies joktru bħall-​ħaxix taʼ l-​art.+ 17  Ħa jibqaʼ ismu għal dejjem;+Ħa jdum ismu sakemm iddum ix-​xemx,U permezz tas-​sultan ħa jbierku lilhom infushom;+Ħa jiddikjarawh hieni l-​ġnus kollha.+ 18  Ikun imbierek Alla Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+Li hu waħdu qed jagħmel għemejjel taʼ l-​għaġeb.+ 19  Ikun imbierek l-​isem glorjuż tiegħu għal dejjem,+U ħa timtela l-​art kollha bil-​glorja tiegħu.+Amen u Amen. 20  It-talb taʼ David, bin Ġesse,+ wasal fi tmiemu.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​Ewfrat.