Salmi 71:1-24

71  Fik, O Ġeħova, stkennejt.+Jalla qatt ma jkolli għalxiex nistħi.+   Fis-sewwa tiegħek jalla teħlisni u tħarrabni.+Mejjel widintek lejja u salvani.+   Sir għalija fortizza tal-​blat li nistaʼ nidħol fiha l-​ħin kollu.+Agħti kmand biex issalvani,+Għax int il-​blat għoli tiegħi u l-​fortizza tiegħi.+   O Alla tiegħi, ħarrabni minn taħt idejn il-​ħażin,+Mill-​pala taʼ idejn dak li qed jaġixxi b’inġustizzja u moħqrija.+   Għax int it-​tama tiegħi,+ O Mulej Sovran Ġeħova, il-​fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.+   Fuqek serraħt minn mindu kont fiż-​żaqq;+Int Dak li ħriġtni mill-​ġewwieni t’ommi.+Għalik hu t-​tifħir tiegħi l-​ħin kollu.+   Jien sirt qisni miraklu għal ħafna nies;+Imma int il-​kenn b’saħħtu tiegħi.+   Fommi mimli bit-​tifħir tiegħek,+Il-​jum kollu nitkellem dwar sbuħitek.+   Tarminix fi żmien ix-​xjuħija;+Meta l-​qawwa tiegħi tkun qed tonqos, titlaqnix.+ 10  Għax l-​għedewwa tiegħi tkellmu dwari,+U dawk li qegħdin għassa għal ruħi kkonsultaw flimkien,+ 11  U qalu: “Alla telqu.+Iġru warajh u aqbduh, għax m’hemmx min jeħilsu.”+ 12  O Alla, iżżommx ’il bogħod minni.+O Alla tiegħi, fittex għinni.+ 13  Jalla jistħu, jalla jintemmu dawk li qed jopponuni.+Ħa jinksew bit-​tmaqdir u bl-​umiljazzjoni dawk li jipprovaw jagħmluli l-​ħsara.+ 14  Imma min-​naħa tiegħi, jien se nibqaʼ nistenna,+U nkompli nżid mat-​tifħir kollu tiegħek. 15  Fommi stess se jitkellem dwar is-​sewwa tiegħek,+Il-​jum kollu nitkellem dwar is-​salvazzjoni tiegħek,+Għax lanqas naf kemm hu l-​għadd tagħhom.+ 16  Jien ġej bis-​setgħa grandjuża tiegħek,+ O Mulej Sovran+ Ġeħova;Se nsemmi s-​sewwa tiegħek, tiegħek biss.+ 17  O Alla, int għallimtni minn żgħożiti ’l quddiem,+U s’issa għadni nitkellem dwar l-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.+ 18  Sakemm nixjieħ u xagħri jsir griż, O Alla, titlaqnix,+Sakemm inkun nistaʼ ngħid dwar driegħek lill-​ġenerazzjoni,+Lil dawk kollha li għad iridu jiġu, dwar is-​setgħa tiegħek.+ 19  Is-sewwa tiegħek, O Alla, jilħaq fl-​għoli.+Fl-​affarijiet kbar li għamilt,+O Alla, min hu bħalek?+ 20  Talli wrejtni ħafna niket u inkwiet,+Agħtini l-​ħajja mill-​ġdid;+U erġaʼ tellagħni mill-​ilmijiet fondi taʼ l-​art.+ 21  Jalla żżid il-​kobor tiegħi,+U ddawwarni u tfarraġni.+ 22  Jien ukoll se nfaħħrek fuq strument tal-​korda,+Infaħħrek għall-​verità tiegħek, O Alla tiegħi.+Jien se ngħannilek bl-​arpa, O Qaddis taʼ Israel.+ 23  Xofftejja se jgħajtu bil-​ferħ meta nħoss li rrid ngħannilek,+U tifraħ ruħi li int fdejt.+ 24  Ukoll, ilsieni se jgħid is-​sewwa tiegħek minn taħt l-​ilsien il-​jum kollu,+Għax dawk li jipprovaw jagħmluli l-​ħsara ġew imġegħlin jistħu u jħossuhom avviliti.+

Noti taʼ taħt