Salmi 7:1-17

Għanja taʼ niket li David kanta lil Ġeħova minħabba kliem Kus il-​Benjamini. 7  O Ġeħova Alla tiegħi,+ jien fik stkennejt.+Salvani minn dawk kollha li jippersegwitawni u eħlisni,+   Sabiex ħadd ma jqattagħli ruħi biċċiet bħalma jagħmel iljun,+Jaħtafni meta ma jkun hemm ħadd biex jeħlisni.+   O Ġeħova Alla tiegħi, jekk għamilt xi ħaġa ħażina,+Jekk hemm xi inġustizzja f’idejja,+   Jekk raddejt il-​ħażin lil min ippremjani,+Jew jekk irrovinajt lil xi ħadd li ħadha kontrija imma ma rnexxiex,+   Ħa jiġri warajja+ l-​għaduU ħa jaqbadni u jgħaffiġni* maʼ l-​artU jitfaʼ l-​glorja tiegħi fit-​trab. Sela.   Qum, O Ġeħova, fir-​rabja tiegħek;+Qum kontra l-​għedewwa tiegħi li jisfogaw il-​korla tagħhom kontrija,+U ieqaf għalija,+ ladarba int ordnajt li ssir il-​ġustizzja.+   Ħa ddur madwarek il-​ġemgħa tal-​ġnus,U int erġaʼ lura fl-​għoli u ħudha kontriha.   Ġeħova se jaqtaʼ s-​sentenza fuq il-​popli.+Iġġudikani, O Ġeħova, skond is-​sewwa tiegħi+U skond l-​integrità+ li għandi fija.   Jekk jogħġbok, ħa jintemm il-​ħażen tal-​ħżiena,+U waqqaf fis-​sod lill-​ġust;+Alla li hu ġust+ qed jeżamina l-​qalb+ u l-​kliewi.+ 10  It-tarka tiegħi qiegħda f’idejn Alla,+ Salvatur taʼ dawk li huma retti f’qalbhom.+ 11  Alla huwa Mħallef ġust,+U Alla jlissen b’qawwa kundanni kuljum. 12  Jekk bniedem ma jdurx lura mill-​ħażen tiegħu,+ Hu jsinn sejfu,+Jilwi l-​qaws tiegħu, u jħejjih biex jispara.+ 13  U jħejji l-​armi tal-​mewt;+Il-​vleġeġ tiegħu jagħmilhom tan-​nar.+ 14  Ara! Hemm wieħed li tqal bil-​ħsara,+U nissel l-​inkwiet u se jiled il-​qerq.+ 15  Għamel ħofra, u qagħad iħaffirha;+Imma hu stess se jaqaʼ fit-​toqba li għamel.+ 16  L-inkwiet tiegħu se jerġaʼ lura fuq rasu,+U fuq il-​qorriegħa taʼ rasu se tinżel il-​vjolenza tiegħu.+ 17  Se nfaħħar lil Ġeħova għas-​sewwa tiegħu,+U ngħanni lil isem+ Ġeħova l-​Iktar Għoli.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “jgħaffiġli ħajti.”